Kors ta' Financial Planning and Management ghall-impjegati tal-Gvern f'Ghawdex
'Financial Planning and Management' kien is-suggett ta' kors organizzat fis-Segretarajat Parlamentari ghal Ghawdex ghall-impjegati tal-Gvern. Il-kors kien wiehed minn sensiela ta' korsijiet li d-Dipartiment ghas-Servizzi Korporattivi, fi hdan is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, qed jorganizza b'kollaborazzjoni ma' l-iStaff Development Organisation tal-Prim Ministru.
Meta kellem lill-partecipanti, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, qal li t-titjib ta' l-amministrazzjoni pubblika f'Ghawdex huwa wiehed mill-iskopijiet tal-Pjan ta' Zvilupp ghal Ghawdex. Dr Refalo qal li l-Pjan jemfasizza l-bzonn li r-rizorsi umani u finanzjarji jigu utilizzati bl-ahjar mod possibbli, biex is-settur pubbliku f'Ghawdex ikompli jinbidel f'organizzazzjoni moderna li l-gzira tiflah issostni. "Dawn huma oggettivi", qal Dr Refalo, " li s-sistema pubblika f'Ghawdex ghandha l-potenzjal li tilhaq jekk taghraf tkun flessibbli u tkun kapaci tinbidel skond l-esigenzi".
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li s-socjeta' li qed tinbidel u ssir iktar esigenti titlob li anke l-istrutturi pubblici jaggornaw ruhhom u jirrendu servizzi tajba minghajr hela ta' rizorsi.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922