Il-Ministru Michael Farrugia jinawgura l-Professional Care Services Limited
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja Dr Michael Farrugia dalghodu inawgura l-Professional Care Services Ltd, kumpanija gdida li ser tibda topera fuq bazi privata. Din il-kumpanija toffri servizzi ta' nursing u kura fid-djar privati.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li l-popolazzjoni f'Malta qieghda dejjem tixjieh, grazzi ghall-kura moderna, kif ukoll ghax qed ikun hawn anqas wild fil-familji Maltin.
Huwa qal li kemm il-gvern kif ukoll il-knisja ilhom jghinu lill-anzjani ghal snin shah, kemm bhala residenzi, kif ukoll fuq servizzi fil-komunità. Il-Ministru kompla li huwa ta' interess ghac-cittadini Maltin li l-privat ikun involut u li jinvolvi ruhu wkoll f'dan it-tip ta' servizzi. Il-Ministru qal li anke fil-qasam tas-sahha, qed jigi involut is-settur privat kemm f'xiri, u kiri ta'servizzi, kif ukoll operazzjonijiet, sahansitra tal-qalb, fi sptar privat.
Il-gvern Malti joffri diversi servizzi ghal-kura ta' l-anzjani. Fl-1997 kien hemm lista shiha ta' servizzi li nghataw lill-anzjani fosthom:
Home help Care
(servizz ta' casual social assistants) 24,000 persuna
Telecare 6,237 abbonat
Meals on Wheels 41,000 ikla
Handy man Service 1,277 persuni
Incontinence Service 1734 persuni
Zjarat minn social workers 306 persuni
MMDNA+Community Nursing-
servizz Dipartiment tas-Sahha 298,606 persuna
servizz privat 16,838 persuna
6 Day centres tal-gvern 450 persuna
Sptar Zammit Clapp 981 persuna
Il-Ministru Michael Farrugia qal li anke fl-ippjanar tal-bini ta' l-isptar il-gdid f'Tal-Qroqq, il-Gvern qed jahseb ukoll ghaz-zieda fin-numru ta' anzjani li se jkun hemm fil-futur. Barra minn hekk l-iSptar San Luqa ser ikollu parti kbira minnu ghall-rijabilitazzjoni fit-tul kemm ghall-anzjani kif ukoll ghal min mhux daqshekk anzjan.
Il-Ministru Farrugia wkoll elenka l-fatt li l-anzjani wkoll ghandhom il-facilità ta' servizzi offruti mill-Gvern lil kull cittadin Malti u Ghawdxi, dan flimkien ma' diversi servizzi u beneficcji li huma benniena socjali ta' pajjizna.
Bhala spiza rikorrenti tal-Gvern ghal din is-sena vvota aktar minn Lm10 miljun lira Maltija, u spiza kapitali ta' ftit anqas minn miljun lira Maltija.
Il-Ministru Farrugia qal ukoll li kull persuna anzjana li tghix f'dar ta' l-anzjani fil-komunità (persuni li jghixu f'dawn id-djar ikunu kwazi indipendenti) tigi tiswa lill-Gvern Lm2,800 kull sena kull ras. Filwaqt li persuni li jghixu fir-residenza ta' San Vincenz de Paule (hafna minn dawn il-persuni jkunu dipendenti) jigi jiswew lill-Gvern Lm 6,200 kull persuna kull sena.
Il-Ministru Farrugia qal li l-anzjani jkollhom bzonn ta' kura differenti u ghalhekk tista' tghid li dawn jinghataw kura personalizzata minn staff kwalifikat u ttrenjat apposta biex jara l-htigiet ta' kull individwu.
F'Malta hawn 2,412 long term stay beds fir-residenzi tal-Gvern u fil-privat li jinqasmu hekk:
1015 sodod licenzjati f'residenzi tal-gvern u tal-privat
1055 sodod fir-residenza ta' San Vincenz de Paule
342 fi djar tal-gvern fil-komunità
Hemm ** 517 li qed jistennew biex jidhlu fi djar ta' l-anzjani fil-komunità
Hemm ** 512 li qed jistennew biex jidhlu fir-Residenza ta' San Vincenz
** Importanti hafna li jigi nnutat li hafna minn dawn l-anzjani li jimlew applikazzjoni biex jidhlu fi djar ta' l-anzjani fil-komunità japplikaw fuq formoli ohra differenti sabiex jidhlu f'San Vincenz. Ghalhekk bhala total in-numru tal-waiting list ma jistax jinghad flimkien.
Il-Ministru Michael Farrugia semma wkoll il-fatt li tul dawn l-ahhar ghaxar snin rajna l-frott ta' hidma li saret fil-bidu tat-tmeninijiet mill-Professur Tony Debono u shabu, li wassal biex f'Malta jkollna centru tal-Gnus Maghquda - l-International Institute on Ageing. Dan l-istitut ta' servizz, flimkien ma' l-Università ta' Malta, id-dipartiment tal-Gerontologija , l-Institute of Health Care u ricentement l-Employment & Training Corporation (ETC), ta' training tar-Rizorsi Umani tad-Dipartiment ta' l-Anzjani.
Il-Ministru Farrugia fl-ahhar inawgura l-Professional Care Services Ltd li taghmel parti mit-Torcas Group of Companies kull success fil-qasam tas-servizzi.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922