Skema gdida mill-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali: Ghajnuna ta' flus biex inkwilini tal-Gvern isewwu djarhom
L-Awtorita' tad-Djar minn nhar it-Tnejn, 20 ta' April 1998, se tniedi skema gdida ta' ghajnuna biex inkwilini bi qliegh baxx li jghixu f'postijiet tal-Gvern jinghataw flus biex jirrangaw ir-residenza taghhom. Din l-iskema tfasslet fuq l-inizjattiva tal-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli.
Din l-iskema, maghrufa bhala Skema Numru Tlieta, tipprovdi ghotja ta' flus sa massimu ta' Lm500 lill-inkwilini li jghixu f'postijiet tal-Gvern u li l-qliegh taghhom fis-sena ma jaqbizx l-Lm2,600. Il-Gvern ghandu mat-8,200 post mikri f'Malta u f'Ghawdex. Meta kien habbar din l-iskema xi gimghat ilu, il-Ministru kien qal li kienet ilha tinhass il-htiega ta' skema bhal din, peress li fejn inkwilin f'post tal-privat jew ta' l-Ufficcju Kongunt kien jibbenefika minn ghajnuna, inkwilin f'post tal-Gvern ma setax.
Ix-xoghol li ghalih se tinghata din l-ghajnuna jinkludi l-bdil ta' stallazzjonijiet qodma ta' l-ilma u l-elettriku, titjib jew stallazzjoni mill-gdid ta' kmamar tal-banju, twahhil ta' madum ta' l-art, tiswijiet jew sostituzzjoni tad-drenagg, tiswijiet ta' bibien, aperturi u gallerijiet u provizjoni ta' "water proofing" ghas-soqfa. Din l-ghajnuna hija marbuta ma' certi kundizzjonijiet ohra li jinkisbu mill-Awtorita' tad-Djar.
It-talbiet ghal din l-ghajnuna jridu jsiru fuq formoli apposta li jinkisbu mill-Awtorita' tad-Djar fil-Furjana, u f'Ghawdex, mill-ufficcju ta' l-Awtorita' fi Triq Enrico Mizzi, ir-Rabat, minn nhar it-Tnejn, 20 ta' April 1998.
Dawn l-inkwilini se jibqghu ntitolati ghal tiswijiet ohra li jkollhom bzonn fil-blokki ta' appartamenti tal-Gvern, meta din it-tiswija tkun mehtiega fil-partijiet komuni jew fir-residenza taghhom jekk tkun ta' natura strutturali. Din it-tiswija ssir mill-haddiema tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, li jaqa' taht il-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN