Left arrow Go Back

Il-Kunsill ta' l-Ewropa jghin ghal Pjan Kulturali Malti - Inawgurati l-galleriji Pre-istorici tal-Muzew Nazzjonali ta' l-Arkeologija

PR0607
Date Icon 04/04/1998

Il-Prim Ministru Alfred Sant qal illum li l-Kunsill ta' l-Ewropa qieghed jghin lill-Gvern Malti jhejji pjan ghall-wirt kulturali Malti imsejjes fuq principji internazzjonali. Il-Prim Ministru qal dan meta inawgura l-Galleriji Preistorici tal-Muzew Nazzjonali ta' l-Arkeologija. Il-Prim Ministru qal li, illum, it-tifsira universali tal-wirt kulturali Malti hija maghrufa wkoll kemm mill-UNESCO, li dahhlet diversi monumenti Maltin fil-'World Heritage List', kemm mill-Kunsill ta' Ewropa. 'Lill-Muzew Arkeologiku taghna irriduh jispikka fir-regjun tal-Mediterran bhalma kienu jispikkaw it-Tempji Preistorici taghna li bhalhom ma kienx hemm ohrajn fil-bqija tal-Mediterran. Bhala gens ahna lkoll kburin li dawn l-Imqades mhux biss kienu wahdenin, imma l-aktar bikrin fic-Civilta' Mediterranja tal-Qedem, sahansitra qabel il-Piramidi ta' l-Egittu', qal il-Prim Ministru.

Dan il-Muzew huwa uniku ghaliex ihaddan ikoni taz-zminijiet preistorici li m'hemm bhalhom imkien aktar, la fir-regjun taghna u lanqas fi mkejjen ohrajn.

Fuq kollox dan il-wirt jaghmel sehem qawwi mill-memorja kollettiva tal-poplu taghna. Ix-xbihat migbura f'dan il-Muzew - l-oggetti, il-monumenti u x-xoghlijiet artistici - huma lkoll xhieda unika ta' l-imghoddi tal-gens taghna. Minhabba f'hekk jehtieg li jkunu mharsa kemm b'rizq il-poplu Malti u Ghawdxi ta' llum, kemm ghall-generazzjonijiet tal-gejjieni.

Malta ghandha sitt monumenti Preistorici taghna - Hagar Qim, l-Imnajdra, Ta' Hagrat, Hal Tarxien, il-Ggantija, l-Ipogew ta' Hal Saflieni u maghhom il-Belt Valletta, fuq il-UNESCO World Heritage . Ghal pajjiz zghir bhal taghna din hija koncentrazzjoni unika li tixhed il-prezenza massicca ta' daqstant fdalijiet ta' civilitajiet qodma f'pajjizna.

Il-Prim Ministru qal li l-Muzew Nazzjonali ta' l-Arkeologija qed jikseb ukoll ghajnuna barranija ohra biex jigu mharsa ahjar l-esebiti unici li fih. Dan il-Muzew kiseb ghotja ta' 150,000$ minghand il-John Paul Getty Foundation ta' Los Angeles biex tkopri n-nefqa tal-presentazzjoni didattika tal-muzew il-gdid.

Dr. Sant qal li bid-dehra gdida u l-kollezzjoni nazzjonali dan il-Muzew se jkun wiehed mill-aqwa attrazzjonijiet kulturali fil-Mediterran u jzid fl-attrattiva ta' Malta fost dawk kollha li jzuru pajjizi barranin ghal ghanijiet kulturali u arkeologici.

Din il-hidma taqbel mija fil-mija mal-politika tal-Gvern il-gdid li jaghti importanza specjali lill-harsien tal-wirt nazzjonali taghna. Fost l-oqsma li dwarhom irridu nahdmu bil-kbir hemm il-wirt arkeologiku u storiku, mhux l-anqas il-fdalijiet preistorici taghna.

Bixra ohra tal-harsien tal-wirt storiku hija dik marbuta mat-turizmu. Eluf ta' barranin izuru art twelidna biex jaraw b'ghajnejhom dan il-wirt storiku li kiseb fama internazzjonali. Hija l-mira tal-Gvern li naghmlu minn Malta destinazzjoni arkeologika ghat-turizmu internazzjonali. B'xorti hazina fl-ahhar snin l-isforz f'din id-direzzjoni kien zghir wisq. Ghalhekk il-Gvern huwa mpenjat li jtejjeb il-mezzi li ghandu f'dan il-qasam biex fil-pajjizi ta' l-Ewropa u fi mkejjen ohra tinxtered il-fama ta' dan it-turizmu kulturali li ghandu jkun nicca partikolari ta' l-ekonomija nazzjonali.

Il-Prim Ministru sahaq fuq il-htiega li aktar u aktar Maltin u Ghawdxin jibdew izuru dawn il-Muzewijiet ghaliex fihom isibu ghajn ta' taghrif u edukazzjoni. 'Jiddispjacini ninnota li ftit huma dawk il-familji Maltin u Ghawdxin li jzuru l-Muzewijiet u l-fdalijiet storici taghna. Lit-tfal u liz-zghazagh taghna nixtiquhom izuru l-wirt storiku ta' gensna, nixtiquhom ikunu kburin bil-wirt storiku ghani tal-poplu taghna - kburija li twassal ghal aktar interess fl-identita` nazzjonali taghna', temm jghid il-Prim Ministru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  ’Il fuq minn 6,000 persuna rċevew l-għajnuna tal-Victim Support Agency fl-ewwel ħames snin mit-twaqqif tagħha

PR261918

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ ’Il fuq minn 6,000 persu...

More Press Releases Right arrow