Left arrow Go Back

Servizzi Professjonali fil-qasam turistiku f'Ghawdex

PR0601
Date Icon 03/04/1998

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo qal li l-impenn ta' l-awtoritajiet centrali favur turizmu ta' kwalita' f'Ghawdex irid ikun kumplimentat minn servizzi professjonali li jinghataw fil-qasam turistiku. Dr Refalo qal li t-turist li jhallas ghal vaganza f'Ghawdex irid ikun garantit l-ahjar servizz ghaliex f'kaz kuntrarju dan ikun ifisser reklam hazin ghal Ghawdex.

Dr Refalo kien qed ikellem grupp ta' studenti li temmew b'success korsijiet fil-fergha ta' Ghawdex ta' l-Istitut ghal Studji fit-Turizmu (ITS). Din is-sena l-Istitut kompla bil-korsijiet full time u part time f'suggetti relatati ma' servizzi turistici.

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li hija l-politika tal-Gvern prezenti li Ghawdex jibda jigbed lejh turisti ta' kwalita' li ma jzurux Ghawdex ghal gurnata wahda biss imma jibqghu fil-gzira ghal mill-inqas ftit jiem. Biex jintlahaq dan il-ghan is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex beda sensiela ta' kuntatti diretti ma' pajjizi barranin, fosthom l-Italja u l-Germanja, biex Ghawdex jigi reklamat b'mod iktar effettiv milli kien s'issa f'fieri internazzjonali.

Dr Refalo fakkar lill-istudenti ta' l-ITS fil-kontribut importanti li ghandhom fil-postijiet tax-xoghol taghhom biex it-turist ikun soddisfatt bis-servizz li jinghata.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  ’Il fuq minn 6,000 persuna rċevew l-għajnuna tal-Victim Support Agency fl-ewwel ħames snin mit-twaqqif tagħha

PR261918

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ ’Il fuq minn 6,000 persu...

More Press Releases Right arrow