Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent jiltaqa' mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Belgjan
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, dalghodu kellu laqgha mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Eric Derycke tal-Belgju. Huma ddiskutew ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Belgju u r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja.
Sar ftehim li ghandha tizdied il-koperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi b'mod specjali fis-settur turistiku, fil-kummerc u nvestiment. Dwar dan, iz-zewg Ministri ftehmu li delegazzjoni Belgjana zzur Malta biex tara l-opportunitajiet li jezistu ghal aktar kummerc u nvestiment Belgjan f'Malta.
Dwar ir-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropeja, il-Ministru Eric Derycke informa lill-Vici Prim Ministru li l-Belgju u l-pajjizi l-ohra Ewropej jaqblu mad-direzzjoni gdida li Malta ghazlet fir-relazzjonijiet taghha ma' l-Ewropa. Huwa tenna l-appogg ta' pajjizu ghall-konkluzjoni ta' ftehim ta' kummerc hieles ma' l-Unjoni Ewropeja.
Huma ddiskutew ukoll il-qaghda fil-Mediterran u r-rwol ta' Malta fil-process Ewro-Mediterranju.
Il-Ministru Vella kellu wkoll diskussjonijiet mas-Segretarju ta' l-Istat responsabbli ghall-Politika Nterna tal-Belgju u ta' l-Ambjent.
Sar qbil li jigi diskuss malajr kemm jista' jkun ftehim ta' koperazzjoni fil-qasam tat-traffikar tad-droga u l-kriminialita'.
Il-Vici Prim Ministru kellu wkoll laqgha mal-President tal-Kamra tad-Deputati u kellu wkoll diskussjoni mal-membri tal-Kamra tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin tas-Senat.
Other Press Releases:
PR261919
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...
PR261918