Kumpanija Gappuniza li tixtri tonn frisk mill-Mediterran interessata f'koperazzjoni mas-sajjieda Maltin
It-tieni l-akbar kumpanija Gappuniza li tixtri t-tonn frisk mill-Mediterran hija interessata li tibda diskussjonijiet ghall-investiment fuq is-sajd tat-tonn mas-sajjieda tal-Gzejjer Maltin.
Il-kumpanija din is-sena ttenderjat u akkwistat l-esportazzjoni tat-tonn ghall-istagun li jibda f'Mejju li gej.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia meta kien qed izur lis-sajjieda f'Marsaxlokk, waqt li dawn kienu ghaddejjin bix-xoghlijiet ta' manutenzjoni fuq l-opri tas-sajd taghhom.
Huwa kompla jitkellem mas-sajjieda dwar il-hidma kontinwa tal-Gvern sabiex ikattar investiment li jirrendi ghas-sajjieda Maltin u Ghawdxin.
Il-Ministru Noel Farrugia gharraf lis-sajjieda li l-esportazzjoni tal-lampuki fiz-zalza ghas-suq Ewropew holqot suq gdid ghas-sajjieda u ghal dawk li jixtiequ li jinvestu f'ikel ipprocessat lest ghat-tisjir, kemm lokali u kif ukoll fl-Ewropa.
Il-Ministru rrefera ghall-infrastruttura li jehtieg is-settur tas-sajd u qal li din is-sitwazzjoni qed tkun kkritikata hafna mis-sajjieda, specjalment f'dak li ghandu x'jaqsam ma' rmiggi ghall-bastimenti tas-sajd.
Dwar dan id-Dipartiment tas-Sajd qed jiddiskuti ma' l-Awtorita' Marittima li tahtha jaqghu dawn ir-responsabilitajiet u habbar li fil-post maghruf bhala 'Il-Maghluq' f'Marsaxlokk, din is-sena se jsiru 50 irmigg gdid, investiment li jiswa madwar 100 elf Lira Maltin.
Huwa gharraf lis-sajjieda li l-gimgha d-diehla fid-Dipartiment tas-Sajd se tinzamm laqgha bejn il-koperattivi tas-Sajjieda, l-Assocjazzjoni tal-Fish Farms, id-Dipartiment tal-Konsumatur u dak tas-Sahha sabiex tibda tigi studjata serjament l-possibilita' kif, ghall-futur, il-konsumaturi Maltin ikollhom aktar kwantita' ta' varjeta' ta' hut frisk imwassal ghand il-konsumatur b'mod igeniku, kif ukoll hut ipprocessat lokalment.
Other Press Releases:
PR261917en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261917