Il-Ministru Michael Farrugia jindirizza Symposium ghall-Farmacisti
F'indirizz li ghamel waqt symposium ghall-Farmacisti, il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia, qal li l-ispizjara fis-settur tas-sahha ghandhom opportunitajiet differenti. Meta wiehed jikkwalifika m'hemmx ghalfejn jahdem bilfors fi spizerija, izda jista' jiddiversifika u jkun involut f'setturi ohra, bhal fil-patologija, fir-ricerka, fil-laboratorji, kif ukoll fl-industrija.
Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li ghandu jkun hemm aktar kuntatt dirett bejn il-farmacisti u l-pazjenti.
Huwa enfasizza hafna l-fatt li l-uzu hazin tal-antibiotici mill-pazjenti qed jiggenera rezistenza ghall-mard li mhux possibbli li jigi eliminat malajr. Huwa semma l-kaz tal-MRSA, li l-mikrobu tieghu tfacca l-ewwel darba madwar 3 jew 4 snin ilu. Minn dak inhar, xi kultant baqghu jitfaccaw kazi ta' MRSA, hafna drabi f'pazjenti li jkunu fuq dozi esagerati ta' antibiotici qawwija. Hemm kazi cari fejn il-poplu jabbuza mill-antibijotici. Dawn ghandhom jinghataw biss bir-ricetta tat-tabib u minn hadd aktar.
Il-Ministru Farrugia semma wkoll kif f'certi kazi hemm spizeriji li meta jkunu miftuha jkunu minghajr spizjar. Huwa qal li dan m'ghandux ikun u ghandha ssir emenda fil-ligi sabiex waqt il-ftuh ta' l-ispizerija jkun hemm dejjem spizjar kwalifikat.
Fit-tmiem tad-diskors tieghu, il-Ministru Michael Farrugia rringrazzja lil organizzaturi ta' dan is-symposium ta' l-inizjattiva li hadu u awgura lil dawk kollha prezenti.
Other Press Releases:
PR261917en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261917