Stqarrija mid-Dipartiment tas-Sahha dwar kaz ta' "meningococcal"
Id-Dipartiment tas-Sahha jgharraf illi dal-ghodu kmieni ddahhal ghal kura fl-ITU ta' l-iSptar San Luqa, kaz iehor ta' meningococcal disease. Il-kundizzjoni tal-pazjent hija stabbli sakemm ma jinqalghux kumplikazzjonijiet. L-ahhar kaz ta' meningococcal disease kien iddahhal ghal kura fl-14 ta' Frar, 1998.
Bhalissa, id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika qed jiehu l-mizuri ta' prekawzjoni li s-soltu jittiehdu f'kazijiet bhal dawn skond normi internazzjonali.
Il-mikrobu tal-meningococcal disease minn dejjem kien, ghadu u jibqa' prezenti fil-komunità. Ghaldaqstant, il-pubbliku hu mfakkar fl-importanza li:
1. Ikomplu jinzammu l-mizuri ta' prevenzjoni u sahha pubblika li kienu rakkomandati fil-gimghat li ghaddew;
2. F'kaz ta' sintomi suspettuzi, jintalab parir mediku immedjat.
Other Press Releases:
PR261917en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261917