Il-Prim Ministru jzur lill-Artist Malti Josef Kalleya li ghalaq mitt sena
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant illum zar lill-artist maghruf Malti Josef Kalleya fid-dar tieghu fil-Marsa u qal li eghluq il-mitt sena ta' dan l-artist ewlieni hija gurnata mill-isbah ghall-arti Maltija. Josef Kalleya tkellem mal-Prim Ministru dwar il-karriera twila tieghu u qal li jqis ix-xoghlijiet artistici tieghu bhala kollha l-istess ghaliex huma kollha 'wlied l-istess missier'. L-artist Malti dawwar lill-Prim Ministru ma' l-istudio tieghu fejn urieh ix-xoghlijiet artistici tieghu, waqt li irringrazzja lill-Prim Ministru talli sab il-hin izuru f'eghluq il-mitt sena tieghu.
Josef Kalleya twieled il-Belt Valletta u studja ma' l-artist Giuseppe Cali` sakemm kompla bl-istudji tieghu fil-kapitali Taljana, Ruma. Kalleya esebixxa f'bosta bliet Ewropej, fosthom f'esebizzjonijiet bhal "Biennale" ta' Venezja.
Kalleya huwa mizzewweg lil Elsa Omaro u ghandhom disat'itfal.
Other Press Releases:
PR261917en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261917