Left arrow Go Back

140 Kunsillier gdid jiehdu l-Gurament tal-Hatra

PR0556
Date Icon 27/03/1998

F'cerimonja li saret ghall-ewwel darba fis-Sala ta' l-Arazzi, fil-Palazz, il-Belt Valletta, 140 kunsillier minn 22 Kunsill Lokali f'Malta u f'Ghawdex, illum wara nofs inhar inghataw il-gurament tal-hatra. Din ic-cerimonja, li zvolgiet f'atmosfera dinjituza f'wahda mill-isbah swali tal-Palazz, kienet ippresjeduta mill-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli. Din kienet l-ewwel cerimonja li l-Ministru Portelli ppresjeda kemm ilu Ministru tal-Kunsilli Lokali.

Il-Ministru Portelli beda biex ferah lill-Kunsillieri prezenti talli gew eletti fl-elezzjonijiet tal-14 ta' dan ix-xahar huwa qal li fil-prattika bil-gurament tal-lum, li huwa ordnat mill-Kostituzzjoni ta' Malta, ifisser li l-Kunsillieri qeghdin iweghdu lil-lokalitajiet u lic-cittadini li jirrapprezentaw li bi hsiebhom jimpenjaw ruhhom bis-shih biex jaghtu l-ahjar u l-oghla servizz lill-komunita'. Huwa qal li c-cittadini li vvutawlhom ghandhom dritt jitolbu dan minghandhom.

Il-Ministru Portelli kompla jghid li l-gurament tal-lum fisser ukoll li l-Kunsillieri jridu jpoggu l-interess u l-gid komuni tac-cittadini u tal-lokalita' qabel kull konsiderazzjoni ohra, specjalment dik politika partiggjana u li jkollhom sens gholi ta' onesta' u integrita' fil-qadi ta' dmirijiethom. Huwa qal li l-Kunsilli Lokali jridu jinvolvu lic-cittadini u jistimulaw il-partecipazzjoni tas-setturi kollha tal-komunita' fil-hidmiet u l-progettazzjonijiet taghhom.

Huwa zied jghid li kien ta' sodisfazzjon kbir ghalih li hafna mill-Kunsilli Lokali marru 'l hinn mill-funzjonijiet bazici taghhom ta' tindif, manutenzjoni u titjib fid-dehra tal-lokalitajiet.

" Naf, per ezempju li kien hemm Kunsilli li hadu inizjattivi bhal holqien ta' servizzi ta' taghrif u ta' edukazzjoni lic-cittadini, skedar ta' bini storiku, ohrajn waqfu neighbourhood watch, inizjattivi biex jitwaqqfu centri ghall-anzjani, sistemi ta' trasport intern, wettqu kampanji kontra id-droga, l-alkoholizmu u l-vjolenza u anke kien hemm min tejjeb is-sistemi ta' traffiku u parkegg. Din il-hidma ghandha sservi ta' ezempju ghall-Kunsilli l-ohra", qal il-Ministru.

Huwa kompla jghid li l-punt fokali tal-Kunsilli Lokali jibqa' d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li hadem u se jkompli jahdem biex jorganizza korsijiet ta' tahrig ghall-Kunsillieri u s-Segretarji, biex jinterpreta l-provvedimenti tal-ligi , ir-regolamenti u l-proceduri, jintervjeni mad-Dipartimenti tal-Gvern u korpi ohra u anke jissorvelja l-operat tal-Kunsill b'mod generali.

Huwa habbar li f'dan il-kuntest id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali hejja kors ta' tahrig intensiv, wiehed f'Malta u iehor f'Ghawdex biex Malta u Ghawdex jkollhom Sindki u Kunsillieri ahjar. Huwa xtaq kull success fil-kariga taghhom lill-Kunsillieri ghal dawn it-tliet snin li gejjin. Wara d-diskors, il-Kunsillieri inghataw il-gurament tal-hatra u wara ffirmaw ukoll id-dikjarazzjoni tal-gurament.

Minhabba n-numru ta' kunsillieri li kellhom jiehdu l-gurament illum, ic-cerimonja tal-ghoti tal-gurament inqasmet fi tnejn. Infatti l-Kunsillieri mill-Kunsilli Lokali ta' Birgu, Qormi, Siggiewi, Attard, Birzebbuga, Kercem, Munxar, Qala, San Lawrenz, Xaghra u Zebbug (Ghawdex) kienu fl-ewwel gemgha li hadu l-gurament. Il-Kunsillieri mill-Kunsilli Lokali ta' Floriana, Gzira, Gharghur, Hamrun, Luqa, Marsaxlokk, Mosta, Paola, Safi, Santa Lucija u Swieqi, hadu l-gurmanet fit-tieni gemgha.

Id-diskors shih tal-Ministru Alfred Portelli

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  MCCAA signs new Collective Agreement delivering substantial improvements in salaries, employee benefits and professional development opportunities

PR261917en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  L-MCCAA tiffirma Ftehim Kollettiv ġdid li se jwassal għal titjib sostanzjali fis-salarji, fil-benefiċċji tal-impjegati u opportunitajiet imsaħħa ta’ żvilupp professjonali

PR261917

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow