Left arrow Go Back

Imnedija Kampanja favur l-Ikel Mediterranju

PR0543
Date Icon 26/03/1998

Illum giet imnedija kampanja promozzjonali ghas-sahha dwar ikel bnin Mediterranju.

Waqt konferenza stampa, il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia, semma fatturi dwar l-ikel li jinsab fil-Mediterran, fosthom hut, tigieg, hxejjex u frott frisk. Huwa semma wkoll li fil-Mediterran jezisti gobon tajjeb ghas-sahha, bhal gbejniet u rkotta u gobon feta, li ma jkunx fihom hafna xahmijiet.

Il-Ministru Farrugia qal li hafna mill-mard jigi kkawzat minn dieta hazina, b'hafna xahmijiet, kif ukoll dieta li ma jkunx fiha prodotti friski. Ix-xorb alkoholiku, droga u sigaretti ma jaghmlux gid lanqas u ghalhekk jehtieg li l-kampanja ta' prevenzjoni tkun immirata sabiex jigu evitati dawn il-prodotti kollha li huma ta' hsara ghal min jehodhom.

Il-Ministru Michael Farrugia semma wkoll il-fatt li jezistu hafna tip ta' hwawwar li jaghtu toghma tajba. Bl-uzu ta' dawn il-hwawar ikun jista' jigi evitat il-melh, li jaghmel hafna hsara lis-sahha.

Il-Ministru Farrugia qal ukoll li dawn ir-regoli, flimkien ma' ezercizzju fiziku, ghandhom jkunu ricetta tajba ghas-sahha tac-cittadini Maltin u Ghawdxin.

Fl-ahhar, il-Ministru Michael Farrugia rringrazzja lil-isponsors kollha tal-poster, kif ukoll lill-atleta Joe Pace li ghogbu jiehu sehem f'din il-kampanja edukattiva.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

More Press Releases Right arrow