Prezentazzjoni ta' ittri ta' hatra lil seba' prokuraturi Legali
Il-Ministru tal-Íustizzja, l-Avukat Gavin Gulia, illum ippreúenta l-warrant lil seba' Prokuraturi Legali wara li dawn óadu l-íurament tal-óatra. Dawk li rðevew dawn il-Warrants huma tlett nisa w erbat iríiel. Il-prokuraturi legali l-íodda huma Filippa Peralta, Francelle Saliba, Lorna Vassallo, Anthony Axisa, Tonio Cauchi, Augustus Debono u Manfred Galdes.
Il-Ministru tal-Íustizzja f' kelmtejn ta' l-okkaújoni fisser l-importanza li góandha din il-professjoni. Huwa spjega kif il-óidma tagóhom ser tkun intimament konnessa max-xogóol ta' l-avukati u li ser jesponu ruóhom góall-firxa wiesa' ta' xogóol legali, li jinkludi kemm l-oqsma ðivili u kummerðjali kif ukoll dak kriminali. Huwa fisser ukoll il-kapaðita' rappreúentattiva tal-prokuraturi legali fuq l-atti kollha íudizzjarji u tenna li l-funzjoni tagóhom hija indispensabbli góall-ispeditezza tal-proðeduri legali fil-Qorti.
L-Avukat Gulia saóaq li l-professjoni tal-prokuratur legali hija wkoll vokazzjoni, góaliex teótieí kwalitajiet personali ta' responsabbilta', dedikazzjoni u fiduðja li huma kollha ingredjenti indispensabbli góall-aójar twettieq ta' dan l-inkarigu. Huwa óeííeí lill-prokuraturi legali l-íodda sabiex juru serjeta' u responsabbilta' fil-qadi ta' dmirijiethom. Il-Ministru tenna li dan huwa importanti billi l-góemil tagóhom jirrifletti fuq l-amministrazzjoni tal-íustizzja, b'mod partikolari fil-Qorti.
Il-Ministru tal-Gustizzja fakkarhom li l-professjoni tal-prokuratur legali hija rikonoxxuta u regolata mill-Kodici ta' l-Organizzazzjoni u Proðedura Ðivili u li huma íew ammessi biex jeúerðitaw ix-xogóol tagóhom bl-awtorizzazzjoni tal-President ta' Malta u li óadu íurament ta' lealta' quddiem il-Qorti ta' l-Appell.
Other Press Releases:
PR261914
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...
PR261913en