Left arrow Go Back

Il-Ministru Alfred Portelli jzur il-Kunsill Lokali ta' l-Isla

PR0526
Date Icon 25/03/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli illum iltaqa' mal-Kunsill Lokali ta' l-Isla. F'diskors li ghamel qal li l-Kottonera hija fost l-aktar regjuni ta' Malta milquta mill-problema ta' housing. Huwa qal li mill-erbat ibliet tal-Kottonera jigifieri, Bormla, il-Birgu, l-Isla u l-Kalkara hemm 660 applikazzjoni minn nies li jridu akkomodazzjoni alternattiva. Minn dawn 164 applikazzjoni gejjin mill-Isla biss.

Il-Ministru qal li minn Novembru tal-1996 sal-lum id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali alloka 60 post alternattiv li minnhom 14-il post kienu fl-Isla. Huwa qal ukoll li fil-Kottonera d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ghandu applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jinbnew 79 post f'Bormla.

Huwa qal li l-Isla, bhal bqija tal-Kottonera hija belt maghluqa bis-swar bi ftit jew xejn opportunita' ta' zvilupp. Huwa kompla jghid li dan il-fattur qieghed jikkaguna diversi problemi, bhal per ezempju l-fatt li koppji zghazagh jmorru joqghodu band'ohra bil-konsegwenza li fl-Isla tibqa' popolazzjoni ta' xjuh. Hemm il-problema ta' hafna bini battal li skond studju imwettaq mill-Kunsill Lokali dawn ilahhqu mal-200 post.

Il-Ministru, filwaqt li ferah lill-Kunsill ghal dan l-istudju li sar, appella biex issa dan il-Kunsill jaghmel sforz iehor biex jidentifika lis-sidien ta' dawn il-postijiet biex imbaghad dawn jigu mhajra johorguhom fis-suq ghall-kiri jew ghall-bejgh. Huwa appella lill-Kunsilli kollha ta' Malta u Ghawdex biex jaghmlu l-istess, kif ghamel ukoll il-Kunsill Lokali tal-Furjana.

Is-Sur Portelli semma l-isforzi li qeghdin isiru biex bini perikoluz ta' l-Ufficcju Kongunt, fi Triq fl-Isla, jigi konvertit f'ghadd zghir ta' appartamenti. Huwa tkellem ukoll dwar l-ghadd kbir ta' tiswijiet li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar wettaq fl-Isla f'dawn l-ahhar xhur. Huwa semma infatti li minn Novembru tal-1996 twettqu xoghlijiet fi 88 post filwaqt li gew approvati 34 talba.

Wara diskussjoni mal-Kunsill Lokali l-Ministru flimkien mal-membri tal-Kunsill u l-Ufficjali tal-Ministeru zaru diversi nhawi fl-Isla dwar certu bini u suggerimenti tal-Kunsill.

Id-Diskors tal-Ministru Alfred Portelli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

More Press Releases Right arrow