Left arrow Go Back

Investiment qawwi fl-Industrija tat-Tjur u l-Fniek

PR0505
Date Icon 23/03/1998

Investiment ta' 'l fuq minn miljun u nofs lira Maltija qed isir fil-mument fuq bini gdid ta' biccerija u impjanti ta' l-ipprocessar tal-fniek u tjur.

B'dan l-investiment l-industrija tal-fniek u tjur f'pajjizna se tkompli ttejjeb il-kompettivita' taghha fis-suq u taghti servizz aktar genwin lill-konsumaturi.

Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u s-Sajd meta kien qed jaghmel zjarat fuq dawn il-progetti.

F'pajjizna jitrabbew medja ta' zewg miljun fenek u hames miljuni tigieg fis-sena. Malta tipproduci wkoll madwar ghaxar miljun tuzzana bajd fis-sena. Dawn l-industriji, b'kollox jiggeneraw kummerc ta' prodott ta' madwar hmistax-il miljun lira Maltija fis-sena.

Il-Ministru Noel Farrugia zied jghid li d-direzzjoni politika tal-Gvern prezenti li jkollu relazzjonijet specjali ma' l-Unjoni Ewropea u mhux shubija shiha kienu strumentali biex f'pajjizna isir dan l-investiment.

Huwa spjega li skond ir-rapport ta' l-EU Directorate li kien thejja fl-1991, ma kienx se jkun hemm ebda protezzjoni ghall-industrija tat-tjur kif ukoll ghal dik tal-bajd, kieku Malta saret membru shih ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru kellu kliem ta' tifhir ghas-success li kisbu numru ta' produtturi tat-tjur u bicceriji ewlenija Maltija li matul dawn l-ahhar tnax-il xahar lahqu livelli ta' kwalita' gholja hafna, tant li qed jissupplixxu tigieg friski lil zewg franchises ewlenin.

B'rizultat ta' dan temm jghid il-Ministru, illum 'il fuq minn 50 tunnellata ta' tigieg qed jitkabbru u jigu pprocessati lokalment, flok jigu mpurtati kif kien jigri fl-imghoddi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

More Press Releases Right arrow