Sezzjoni awdjo-viziva fil-Librerija Pubblika ta' Ghawdex
Il-Librerija Pubblika ta' Ghawdex illum inawgurat sezzjoni gdida li toffri lill-qarrejja materjal awdjo-viziv permezz ta' kompjuters u mezzi ohra tat-teknologija moderna. Din is-sezzjoni, li giet organizzata mil-Librerija Pubblika, bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex u l-Malta Information Technology and Training Services (MITTS), qed tibda b'servizz ta' iktar minn 200 video cassettes, CD ROMs, kompjuters u servizz ta' l-internet li flimkien ghandhom itejbu sostanzjalment il-process ta' ricerka ghall-klijenti tal-librerija.
F'messagg li baghat lil-Librerija, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, qal li s-sezzjoni awdjo-viziva li giet ippjanata ghal-Librerija Pubblika ta' Ghawdex hija zvilupp mehtieg u inevitabbli, fi zmien meta pajjizi shah, komunitajiet u individwi jiddependu iktar minn qatt qabel fuq l-informazzjoni li jircievu. "Ghalhekk zvilupp bhal dan li qed naraw isehh illum fil-komunita' taghna jfisser hafna, partikolarment fi gzira bhal Ghawdex li minghajr mezzi tajbin ta' komunikazzjoni tista' tkun iktar izolata u fil-periferija ta' dak li jkun qed isehh madwar id-dinja", qal Dr Anton Refalo fil-messagg tieghu.
Skond l-istatistika ta' self ta' kotba mil-libreriji pubblici f'Ghawdex, ras ghal ras l-Ghawdxin jissellfu medja ta' erba' kotba fis-sena. Dr Refalo qal li huwa ttamat li s-sezzjoni awdjo-viziva tkompli tigbed iktar nies lejn l-ambjent tal-libreriji. Huwa rringrazzja lil dawk kollha li kkoperaw biex setghet tigi organizzata s-sezzjoni awdjo-viziva.
F'din l-okkazjoni, il-Librerija nghatat album ta' ritratti mill-attivitajiet ufficjali tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. Kull Kunsill Lokali ta' Ghawdex ghadda wkoll lil-Librerija kopja tal-minuti tal-laqghat tieghu filwaqt li individwi privati qed ikunu mistiedna jghaddu ritratti antiki lil-Librerija biex ikunu jistghu jintuzaw ghal skopijiet ta' ricerka.
Dwar il-Librerija Pubblika ta' Ghawdex
Il-Librerija f'Ghawdex tmur lura ghall-1839 meta kienet giet organizzata istituzzjoni privata maghrufa bhala Gabinetto di Lettura. Il-Librerija infethet ghall-uzu tal-pubbliku fil-21 ta' Novembru ta' l-1853 u giet trasferita ghall-post
fejn qeghda llum fi Triq Vajringa fl-1896. F'Awissu ta' l-1948 il-Librerija ma baqghetx awtonoma u ghaddiet taht id-direzzjoni tal-librar tal-Librerija Nazzjonali ta' Malta. Disa' snin ilu l-Librerija Pubblika ta' Ghawdex kienet inawgurat l-Arkivji Nazzjonali(Sezzjoni ta' Ghawdex) u llum isservi bhala librerija ghal skopijiet ta' ricerka.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN