Il-Ministru Alfred Portelli jichad xnieghat li l-Gvern se jiehu djar tal-privat
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, illum cahad kategorikament xnieghat li l-Gvern ghandu hsieb li jiehu f'idejh bini battal tal-privat. Il-Ministru qal li gie mitlub mill-Ufficcju ta' l-Affarijiet Barranin biex jghid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar bini battal tal-privat, peress li fost l-emigranti Maltin fl-Awstralja qed jigru xnieghat li l-Gvern se jiehu din il-proprjeta' f'idejh. Il-Ministru Portelli fisser dawn bhala xnieghat ghal kollox foloz.
Is-Sur Portelli ghamel din ic-cahda waqt laqgha li kellu dalghodu ma' l-Ambaxxatur ta' l-Istati Uniti ghal Malta, Ms. Kathryn Haycock Proffitt. L-Ambaxxatur uriet interess kbir fil-politika tal-Gvern dwarhousing u offriet l-ghajnuna tal-Gvern taghha f'dan il-qasam. Hija ferhet ukoll lill-Ministru ghad-dikasteru gdid tieghu bhala Ministru tal-Kunsilli Lokali.
Ghal mistoqsija ta' l-Ambaxxatur, il-Ministru qal li l-Ministeru tieghu qieghed jahdem bis-shih biex jistieden sidien ta' bini battal biex, jekk iridu, jbieghu il-proprjeta' taghhom lill-Awtorita' tad-Djar. Huwa qal li diga' kien hemm 22 sid li wrew interess li jaghmlu dan u fil-fatt intlahaq ftehim fil-prezz ma' wiehed minnhom biex minghandu jinxtara bini li meta jitwaqqa' u jerga' jinbena johorgu 24 appartament.
L-Ambaxxatur qalet li hija thoss li ghandha tifrah lill-poplu Malti ghall-fatt li f'Malta m'hawnx nies li jghixu barra, kif issib f'hafna pajjizi, inkluz fl-Istati Uniti. Hija kienet interessata tkun taf kif il-Maltin irnexxielhom jaghmlu dan. Il-Ministru qal li dan gara ghax il-Maltin ihobbu darhom u li jkunu sidien ta' darhom. Huwa qal ukoll li ghalkemm huwa minnu li f'Malta m'hawnx nies jghixu barra, perĂ² jezistu hafna kazi ta' nies li qeghdin jghixu ma' haddiehor.
Prezenti ghal-laqgha, li saret fil-Ministeru, kien hemm ukoll is-Sur James M. Perez, Konslu u Ufficjal Ekonomiku fl-Ambaxxata Amerikana, is-Sur Alfred Fiorini Lowell, Segretarju Permanenti fil-Ministeru, is-Sur Alex Vella, Segretarju Privat u s-Sur Michael Micallef, Segretarju Personali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN