Left arrow Go Back

Lejn tmiem is-sena jibda x-xoghol fuq it-Terminal tal-Cruise Liners

PR0346
Date Icon 25/02/1998

Il-Prim Ministru Alfred Sant qal li l-gimgha d-diehla se jigu mnedijin il-kundizzjonijiet biex is-settur privat iwaqqaf terminal ghal cruise liners fil-Port il-Kbir biex sa tmiem din is-sena ikun jista' jinghata bidu ghal dan il-progett ambizzjuz li jhajjar cruise liners internazzjonali juzaw lil Malta bhala c-centru tal-attivita' taghhom fil-Mediterran.

Il-Prim Ministru kien qed jitkellem waqt laqgha ghall-membri tal-Malta Hotels & Restaurants Association fil-Lukanda Radisson Bay Point San Gorg f'laqgha imsejha mill-Grupp ta' Sebgha li kienu ressqu 'New Initiatives and Projects Report' f'Ottubru li ghadda. Dr Sant qal li l-izviluppatur ghal dan il-progett ambizzjuz irid jinghazel fuq bazi kompettitiva u b'mod trasparenti. Il-Prim Ministru qal li diga' huwa ta' sodisfazzjon ghal pajjizna li l-AIR TOURS diga' ikkonfermaw li se juzaw lil Malta ghall-cruise liners taghhom fil-Mediterran.

Il-Prim Ministru Alfred Sant qal li s-settur privat ghandu jistruttura l-ispazju kollu biex jigu zviluppati aktar progetti turistici bil-ghan li jizdiedu l-impiegi u l-attivita' kummercjali f'dan il-qasam tant essenzjali ghall-ekonomija ta' pajjizna. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern ghandu l-ghan li jghaddi lis-settur privat l-'assets' fizici fil-pajjiz biex jigu zviluppati b'mod kummercjali biex waqt li l-promoturi privati jmorru 'l quddiem jkunu qeghdin jghinu l-attivita' ekonomika fil-pajjiz.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern qed jikkonsidra ghadd ta' progetti li jorbtu mal-istrategija tal-Gvern li jwessa l-attrazzjonijiet ghat-turizmu permezz tas-settur privat. Dr Sant qal li din il-gimgha komplew id-diskussjonijiet ma' l-Ordni ta' San Gwann biex il-fortifikazzjoni ta' Sant'Anglu titmexxa mill-Ordni taht il-kundizzjonijiet li jistghu jigu negozjati mal-Gvern. Dr Sant semma wkoll il-possibbilitajiet u inizjattivi godda ghall-ahjar uzu tal-bini li jinsab fir-Rikazoli, waqt li qal li tezisti possibilta' ta' zvilupp mis-settur tal-privat tal-pixxina nazzjonali b'possibilta' li dan il-progett jigi zviluppat f'centru sportiv.

Il-Prim Ministru qal li kienu qeghdin jittiehdu mizuri biex f'kaz ta' progetti godda l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u d-Dipartimenti tal-Gvern koncernati ikunu infurmati bil-progetti fi stadju bikri. B'hekk il-problemi jigu indirizzati hekk kif jinqalghu. Dan kien qed isir fil-kaz tal-Yacht Marina l-gdida tal-Birgu u l-ftuh ta' Camping Sites.

Dr Sant tkellem ukoll dwar l-industrija tal-films u qal li kienet se titwaqqaf kumpanija mill-Bank of Valletta, il-Mid Med Bank u istituzzjonijiet finanzjarji ohrajn bhala share-holders. Din il-kumpannija mistennija tinvesti f'din l-industrija, specifikament fuq zewg progetti jew tlieta, imbaghad mir-rizultati tiddeciedi kif tibda topera fil-gejjieni.

Il-Ministru tat-Turizmu il-Perit Karmenu Vella tkellem ukoll f'din il-laqgha u stieden lis-settur privat biex juza l-ispazju kollu fil-qasam turistiku u qal li jekk hemm bzonn is-settur privat ghandu jidhol fl-ghalqa tal-Gvern. Il-Ministru Vella qal li s-settur privat illum qed jigi mistieden jidhol ghat-tmexxija ta' progetti turistici bhal centri tal-golf, casinos, marinas u semma wkoll il-possibilta' li s-settur privat jidhol ukoll ghat-tmexxija ta' siti storici u kulturali u l-izvilupp tal-kosta ghat-turizmu u ghal skop pubbliku.

Il-laqgha giet immexxija mis-Sur Tony Zahra, Chairman tal-Grupp ta' Inizjattivi Godda waqt li l-membri tal-MHRA ghamlu diversi interventi dwar l-opportunitajiet tas-settur privat fl-industrija tat-turizmu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow