Stqarrija mill-Kummissjoni Karnival dwar ic-Challenge Trophies
Il-Kummissjoni Karnival tixtieq ticcara xi punti fuq l-istqarrija ghall-istampa li ghamel is-Sur Alfred Chetcuti datata it-Tlieta 24 ta' Frar 1998.
Fil-passat kien hemm bosta "Challenge Trophies" li kienu moghtija minn persuni varji u dawn kien inhass li ghandhom jitnehhew. Kemm meta kienu jidhru li jinghataw u anke meta tnehhew ma gie effettwat qatt, il-livell li kien jintlahaq. Il-Kummissjoni hasset l-impenn li kwalunkwe trophy li ssir tkun marbut mal-Kummissjoni Karnival li mhux ghal individwi partikolari.
Il-Kummissjoni tixtieq tistqarr li d-decizjoni li din ic-"Challenge Trophy" ma tinghatax ma kienx minhabba l-allegazzjonijiet li saru fl-istqarrija izda ghax il-Kummissjoni qed tistudja mezzi ohra biex tinkuraggixxi u timottiva lill-partecipanti. Barra dan is-Sur Alfred Chetcuti gie mistieden u accetta li f'dan il- Karnival jokkupa kariga ta' fiducja.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN