Zjara mis-Segretarju Parlamentari Joe Cilia f'Ghawdex
Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti fil-jiem li ghaddew, waqt zjara li ghamel f'Ghawdex, kellu laqghat ma' Organizzazzjonijiet varji li jahdmu fost iz-zghazagh, l-isport u l-kultura.
Meta ndirizza lill-grupp Helping Hands, li hu kompost minn zghazagh tas-'Sixth Form', Sir M.A. Refalo ta' Victoria, l-Onor. Cilia qal li s-Segretarjat tieghu laqa' b'sodisfazzjon, il-partecipazzjoni taz-zghazagh Ghawdxin fil-programm ta' Jum iz-Zghazagh 1998. Hu tenna li z-zghazagh ghandhom potenzjal kbir x'joffru u anke il-Helping Hands qed juri x'potenzjal jistghu jaghtu lill-kultura Ghawdxija. Il-Grupp Helping Hands ser itella l-performance tal-play klassika ta' Victor Hugo 'Les Miserables', nhar is-Sibt u l-Hadd 21 u 22 ta' Marzu fis-sala ta' l-iskola Sir M.A. Refalo, Victoria. Waqt iz-zjara l-Onor. Cilia pprezenta ghajnuna finanzjarja lill-kap ta' l-iskola bhala ghajnuna tas-Segretarjat biex titella l-imsemmija performance.
Fi zjara ohra fil-ground ta' hdejn il-gnien tal-Victoria, l-Onor. Cilia gie mdawwar mal-kumpless fejn hemm nuqqasijiet ta' facilitajiet fosthom dressing rooms. Il-ground jigi wzat minn tlett organizzazzjonijiet sportivi, li huma l-Oratory Youths, Victoria Hotspurs u SK. Wanderers. L-Onor. Cilia wieghed l-impenn tas-Segretarjat tieghu biex jittejbu l-facilitajiet sportivi fil-ground koncernat.
L-Onor Cilia u l-Onor Anton Refalo zammew zewg laqghat dwar il-kultura Ghawdxija fis-Segretarjat t'Ghawdex. L-ewwel laqgha kienet ma' rapprezentanti taz-zewg kazini tal-baned ewlenin ta' Victoria, l-Astra u l-Aurora, fejn gie diskuss il-kontribut possibbli ta' l-Orkestra Nazzjonali f'attivitajiet operistici fit-Teatri ta' l-imsemmija kazini. Il-laqgha, li kienet kordjali hafna, halliet rizultati posittivi u z-zewg nahat ghandhom ikomplu jiddiskutu teknikalitajiet ohra fil-futur qarib. It-tieni laqgha kienet mal-partecipanti tal-Karnival fejn l-Onor Cilia semma l-partecipazzjoni pozittiva ta' l-Ghawdxin waqt il-Karnival Ghawdxi. Meta kien qed jirrispondi lill-partecipanti tal-Karnival f'Ghawdex, l-Onor Anton Refalo habbar li s-Segretarjat ghal-Ghawdex individwa post biex mis-sena d-diehla xi partecipanti tal-Karnival jkunu jistghu jarmaw il-karrijiet tal-karnival fih.
Din iz-zjara tas-Segretarju Parlamentari, f'Ghawdex hija wahda minn programm regolari tas-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti biex mill-qrib flimkien mal-Ghawdxin stess jigu individwati l-problemi u imfittxija soluzzjoni f'dawk li ghandhom x'jaqsmu z-zghazagh, l-kultura u l-isport.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901