Inawgurat Centru Kummercjali u Artistiku gdid fi Triq id-Dejqa - Il-Prim Ministru jhajjar iktar inizjattivi privati biex tinghata hajja gdida lil Triq id-Dejqa
l-Prim Ministru Alfred Sant illum inawgura Centru kummercjali u artistiku gdid fi Triq id-Dejqa il-Belt Valletta. Dan ic-Centru fih Gallerija ta' l-Arti, teatru zghir, hanut tal-kotba u ta' l-antikwarjat, restorant u kafe` u huwa l-ewwel wiehed tal-bixra tieghu li infetah fi Triq id-Dejqa. Dan l-investiment gdid jorbot tajjeb mal-pjan tal-Gvern li jaghti hajja u dehra gdida lill-belt kapitali Maltija li intghazlet bhala l-belt kulturali ta' l-Ewropa ghal Gunju li gej.
Il-Prim Ministru ferah lill-promoturi privati li hadu din l-inizjattiva u wera t-tama li investituri ohrajn jiehdu inizjattivi simili propju f'din it-triq. Dr. Sant qal li l-poplu Malti japprezza li dan il-kuncett modern ta' arti u divertiment wasal ukoll f'pajjizna meta sejjer hekk tajjeb f'imkejjen ta' l-avangwardja fi bliet ewlenin ta' l-Ewropa. Il-Prim Ministru qal li konna ilna s-snin nisimghu bi proposti kif din it-triq nergghu naghtuha l-hajja, naghtuha laqta kulturali u fl-istess hin inhajru lit-turisti jzuruha u jgawdu l-aspetti kulturali ta' Malta.
Din l-inizjattiva, qal il-Prim Ministru, torbot tajjeb hafna mal-politika tal-Gvern il-gdid li jheggeg lis-settur jiehu inizjattivi ta' investiment fil-qasam tal-kultura u tat-turizmu. Dan il-kumpless zgur se jhajjar promoturi ohrajn biex bil-ghaqal u d-dehen taghhom joholqu prodott lokali li bil-livell gholi tieghu jigbed kemm lill-Maltin, kemm lill-barranin li jigu jzuruna.
Il-Prim Ministru qal li l-fatt li l-investiment ta' din il-bixra qieghed isir fil-Belt Valletta imur id f'id mal-pjani tal-Gvern li jrodd hajja gdida lill-belt kapitali Maltija. Dr. Sant qal li l-Belt Valletta ghandha siwi storiku kbir kemm fost l-istorici, kemm fost il-kittieba, kemm fost l-artisti kif ukoll fost it-turisti generali li lkoll jibqghu msahhrin bi gmielha, bi grajjietha u bit-tifsiriet kollha taghha.
Il-Prim Ministru qal li din l-inizjattiva waslet ftit gimghat qabel il-Belt Valletta tkun il-belt kulturali ta' l-Ewropa. Il-Belt Valletta tixirqilha l-attenzjoni kollha li qed tinghata u izjed ukoll. L-investiment tal-privat fih u fid-destin taghha, barra milli jrendi, izid isebbahha u jnissel attivita` li trodd mill-gdid il-hajja li l-Belt Valletta kellha fl-imghoddi kemmxejn imbieghed.
'Ahna l-Maltin ilkoll inhossuna cittadini ta' din il-Belt. Ilkoll ahna kburin bl-istorja twila u sabiha taghha. U ghalhekk li lkoll nilqghu b'dirghajna miftuha l-inizjattivi li jsiru mis-settur privat biex il-Belt Valletta terga' tqum fuq saqajha.'
Il-Prim Ministru qal li dan jaqbel mal-pjan usa' li jhaddan fih il-holqien ta' terminal ghal cruise linersqrib xatt il-Belt, l-istess port li sa ftit snin ilu kien jilqa' fih bastiment tal-gwerra u llum qed igibilna fostna vapuri tal-passiggieri. 'It-turisti li jzuruna japprezzaw dawn l-inizjattivi ghaliex lokalitajiet bhal dawn jiswew biex il-barranin isibu fejn jiehdu gost u jiddevertu fuq livell li jaghmel gieh lilhom u lilna. Izda fuq kollox, dawn l-inizjattivi jiswew biex itejbu l-livell tal-ghajxien, l-istil tal-hajja tal-poplu taghna nnifsu. Bih se jkollna ghalfejn inkunu aktar kburin bil-Belt taghna u b'dak li toffri', temm jghid il-Prim Ministru.
Fil-Gallerija ta' l-Arti ta' dan il-kumpless hemm wirja kollettiva ta' erba' artisti ewlenin Vince Briffa, Ray Pitre`, David Pisani u John Grech. Fit-Teatru se jibdew jittellghu xoghlijiet tal-palk miktubin minn awturi Maltin u barranin u anke jkun hemm serati muzikali li jvarjaw minn jazz sa muzika moderna.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901