Left arrow Go Back

Seminar f'Ghawdex dwar ir-regolamenti biex jitharsu l-hitan tas-Sejjieh

PR0314
Date Icon 20/02/1998

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex organizza seminar ghall-Kunsilli Lokali ta' Ghawdex u ghall-entitajiet volontarji li ghandhom x'jaqsmu mat-tharis ta' l-Ambjent, dwar ir-regolamenti godda, taht l-Att ta' l-Ambjent ta' l-1991, biex jitharsu l-hitan tas-sejjieh. Ir-regolamenti jirrikonoxxu l-hitan tas-sejjieh bhala wirt ekologiku, storiku, kulturali u arkitettoniku ta' pajjizna u l-istess regolamenti jipprovdu l-protezzjoni li tixraq lill-hitan tas-sejjieh.

Is-seminar infetah mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr. Anton Refalo, li tenna l-impenn li ghandu l-Gvern prezenti biex itejjeb id-dehra tal-gzejjer Maltin, bid-diversi inizjattivi li qed jiehu minn zmien ghal zmien. Fost dawn hemm l-implimentazzjoni tal-Ligi dwar il-Harsien u l-Konservazzjoni tal-Hitan tas-Sejjieh, liema provedimenti dahhlu fis-sehh mill-ewwel ta' Jannar ta' din is-sena.

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, qal li l-hitan tas-sejjieh huma parti integrali mill-kampanja ta' Ghawdex, f'pajsagg li generalment ghadu fi stat naturali u li huwa karatteristika ewlenija li tigbed lill-vizitaturi. Dr Refalo qal li x-xewqa tal-Gvern hija li l-affarijiet jitrangaw bil-koperazzjoni ta' kullhadd. Huwa qal li ghalhekk hemm bzonn titqajjem kuxjenza u tinfirex aktar edukazzjoni dwar l-importanza tal-hitan tas-sejjieh fil-kampanja lokali. Dr Refalo qal li s-Segretarjat tieghu ghandu grupp ta' haddiema li jiehdu hsieb il-bini ta' hitan tas-sejjieh u qal li dawn jistghu jghinu wkoll lill-Kunsilli Lokali li jkunu jixtiequ jirrangaw hitan fil-lokalita' taghhom.

Is-Segretarju Parlamentari tenna li dan ghandu jkun sforz kollettiv fejn il-partijiet kollha ikkoncernati ghandhom, u huma mistennija, jaghtu sehemhom biex l-ghan ewlieni tal-Ligi jintlahaq.

Wara li temm id-diskors tieghu l-Onor. Refalo, numru ta' ufficjali mid-Dipartiment tal-Harsien ta' l-Ambjent taw dehra generali ta' x'tinvolvi il-Ligi u x'inhuma l-implikazzjonijiet taghha jekk il-provedimenti ma jigux osservati. Fil-fatt, il-konsulent legali mid-Dipartiment, Dr. Simone Borg, tat harsa fuq il-ligi u spjegat id-diversi aspetti taghha li l-aktar li jolqtu s-sidien tal-inhawi fejn ir-ristrutturar jehtieg isir. Dr. Borg tenniet l-impenn personali tal-Vici-Prim Ministru George Vella, li tahtu jaqa' dan id-Dipartiment, li jigi mnehhi kull materjal u oggetti li m'humiex konformi mal-bini tal-hitan tas-sejjieh u l-infurzar tal-Ligi, jekk wara sitt gimghat mill-avviz moghti lis-sidien ma jkunux zgumbraw il-materjal minn jeddhom.

Is-seminar imbaghad kompla b'interventi mis-Sur Joe Sultana (Principal Environment Officer) u s-Sur Tony Meli (Principal Scientific Officer) mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, fejn bazikament taw hjiel ta' x'funzjonijiet ghandhom il-hitan tas-sejjieh ghar-raba' u l-pajsagg u x'inhuma l-problemi li jinqalghu meta dawn il-hitan jigu traskurati jew imgarrfa.

Intqal ukoll fis-seminar li l-problema tal-hitan tas-sejjieh f'Ghawdex mhix daqstant iz-zieda fuqhom ta' materjal bhal hadid u tankijiet imma iktar ta' degradazzjoni naturali li tirrizulta f'hitan li jcedu u li qatt ma jergghu jinbnew partikolarment f'raba' baghli li m'ghadux jinteressa lill-bdiewa.

Id-diskussjoni ghalqet b'numru ta' interventi mill-kunsilliera u ufficjali mill-Kunsilli Lokali fejn hareg car kemm hu mehtieg li din il-problema tigi moghtija il-prijorita' li jixirqilha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow