Gest simboliku ta' solidarjeta' mill-Gvern Malti mat-terremotati ta' l-Italja
F'cerimonja qasira li saret it-Tnejn, 16 ta' Frar 1998, fil-Comune ta' Foligno, gewwa l-Italja, fil-presenza tas-Sindku, Dott Maurizio Salari, u persuni ohra distinti, l-Ambaxxatur ta' Malta ghall-Italja, Henry de Gabriele, f'isem il-Gvern Malti kkonsenja c-cwievet ta' dar-container mahduma ghall-persuni bi bzonnijiet specjali lill-koppja anzjana li toqghod Colfiorito. Dan il-villagg huwa wiehed fost dawk li l-aktar sofrew danni kawza tat-terremoti tas-sena l-ohra. L-ghotja ta' din id-dar tfissret mill-Ambaxxatur bhala gest simboliku ta' solidarjetà li l-Gvern f'isem il-poplu Malti hass li kellu jaghmel.
F'diskors ta' hajr, is-Sindku qal li dan l-gest mill-Gvern u l-poplu ta' Malta huwa sinifikativ hafna u testimonjanza tal-generosità u l-qalb tajba li ghalihom il-poplu Malti huwa maghruf. Iwassal ukoll messagg ta' tama lil dawk li baghtew u ghadhom ibatu hafna nuqqasijiet billi jsahhulhom il-fehma li mhux talli m'humiex minsija f'pajjizhom izda sahansitra haseb fihom pajjiz girien u habib.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901