Left arrow Go Back

Estiza d-data ta' registrazzjoni ta' tajr protett ibbalzmat

PR0281
Date Icon 17/02/1998

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, l-Onor George W. Vella kellu laqgha ma' rapprezentanti ta' l-erba' ghaqdiet tal-Kaccaturi, jigifieri l-Ghaqda Kaccaturi, Nassaba u Konservazzjonisti; l-Ghaqda Dilettanti tas-Senter u l-Gabjuni; il-Moviment Kaccaturi, Nassaba u Ambjentalisti u l-Ghaqda Kaccaturi San Ubertu.

Il-laqgha kienet dwar ir-registrazzjoni tat-tajr protett. Sar ftehim li minhabba n-numru kbir ta' tajr protett ibbalzmat, id-data tar-registrazzjoni giet estiza ghal Gimgha, 13 ta' Marzu 1998. Gie miftiehem ukoll li mhux sejjer ikun hemm aktar estenzjonijiet ghar-registrazzjoni ta' dan it-tajr.

Ghaldaqstant, id-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent se jkompli jilqa' applikazzjonijiet ta' dawk li ghandhom tajr protett ibbalzmat u li jixtiequ jirregistrawh skond il-ligi, f'dawn il-hinijiet:

mit-Tnejn sal-Gimgha,

mit-8.30 a.m. sa' 12.30 p.m. u mis-2.00 p.m. sal-4.30 p.m.

Ghalhekk, l-ahhar gurnata li jintlaqghu dawn l-applikazzjonijiet tkun il-Gimgha, 13 ta' Marzu 1998 sal-4.30 p.m.

Min ikollu xi diffikultajiet jista' jcempel lid-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent, fuq in-numru tat-telefon 231895 jew 232022.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow