Certifikati lil bennejja
12 il-bennej nhar il-Gimgha inghataw ic-Certifikat ta' Bennejja mill-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-Perit Charles Buhagiar. Dawn il-bennejja nghataw ic-certifikat u l-licenzja wara li ghaddew mill-ezami mhejji mill-Bord ta' Bennejja fi hdan id-Dipartiment ta' l-Industrija tal-Bini fil-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni.
Il-Ministru Buhagiar qal li kull min ghandu s-sengha ta' bennej ghandu jkollu l-licenzja biex b'hekk jinqatghu l-abbuzi u tiddahhal aktar professjonalità u serjetà fix-xoghol. Il-Ministru Buhagiar qal li l-ahjar bennejja dejjem jibqa' jkollhom ix-xoghol anke f'kaz ta' slow down fl-industrija tal-bini ghax il-klijent dejjem se jfittex l-ewwel l-ahjar bennejja. B'hekk il-licenzja ta' bennej hija importanti hafna. Il-Ministru Buhagiar kompla jghid li fil-fatt fi zmien li gej ghandha tibda wkoll skema t'insurance ghall-bennejja, li wkoll se tkun tiddistingwi bejn dawk li jkunu vera licenzjati u dawk li jkunu taparsi bennejja.
Is-Sur Pawlu Cassar, li jmexxi l-iskola tal-bini u li kien prezenti ghal din ic-cerimonja qal li din is-sena ma dahal l-ebda student gdid fl-iskola tal-bini. Huwa qal li dan in-nuqqas ilu gej mill-1992 meta l-apprentisti li kienu jidhlu fl-iskola ma baqax jinghatalhom ic-cans li jkollhom xoghol wara.
Min-naha tieghu, il-Ministru Buhagiar spjega kif il-Bord tal-Bennejja fi hdan il-Ministeru tieghu qieghed jipprepara incentivi biex ihajru aktar studenti jidhlu f'din l-iskola fosthom hemm il-hsieb li jsiru laqghat t'awareness biex studenti fl-ahhar sena ta' l-iskola sekondarja jkunu nfurmati dwar x'tista toffri din l-iskola ghal dik li hija sengha tal-bini.
Hemm ukoll il-hsieb li jkun hemm internal call fid-Dipartiment tal-Ministeru biex dawn jidhlu jaghmlu l-kors ta' bennejja u b'hekk jghollu l-livell tax-xoghol taghhom.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901