Il-Vici Prim Ministru George Vella jiltaqa' mal-Kap tal-Kultura tal-Kunsill ta' l-Ewropa
Dalghodu d-Deputat Prim Ministru u Ministru ghall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, Dr. George W. Vella ltaqa' mal-Kap tad-Dipartiment tal-Kultura tal-Kunsill ta' l-Ewropa, Dr. Jose Maria Ballester li jinsab fuq zjara ufficjali f'Malta ta' tlett ijiem.
Fil-laqgha, Dr. Vella emfasizza l-fatt, illi l-wirt storiku u kulturali ta' Malta huma rikkezzi kbar ghal pajjizna u ghall-Ewropa u ghalhekk ghandhom ikunu ta' attrazzjoni kbira ghat-turizmu. Huwa spjega lil Dr. Ballester kif il-wirt kulturali ta' pajjizna ghandu jkun ta' vantagg fuq kompetituri ohra fis-suq tat-turizmu, meta Malta tkun qed tigi kkunsidrata bhala destinazzjoni turistika.
Min-naha tieghu Dr. Ballester spjega l-impenn tal-Kunsill ta' l-Ewropa sabiex f'Malta jigi mplimentat Pjan Specifiku t'Azzjoni ghall-Wirt Storiku. Huwa wera t-tama illi din il-koperazzjoni bejn Malta u l-Kunsill ta' l-Ewropa tkompli tikber u thalli l-frott taghha, billi jigu mplimentati progetti kulturali fil-futur.
Matul iz-zjara tieghu f'Malta, Dr. Ballester mistenni jippartecipa f'numru ta' workshops imnedija apposta mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura, ghad-Dipartiment tal-Gvern, Kunsill Lokali u entitajiet ohra.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901