L-Ambaxxatur Ciniz jaghmel zjara ta' l-ahhar lill-Ministru tal-Gustizzja
L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Poplu tac-Cina ghal Malta, Mr. Yu Wuzhen, dalghodu ghamel zjara ta' l-ahhar lill-Ministru tal-Gustizzja, l-Onor. Gavin Gulia, fl-ufficcju tieghu, il-Belt.
L-Ambaxxatur Ciniz irrefera ghaz-zjara ricenti li ghamel Malta l-Vici Prim Ministru tac-Cina Qian Qichen li kien iltaqa' wkoll ma' Dr. Gavin Gulia meta kien jokkupa l-kariga ta' Segretarju Parlamentari ghas-Self-Employed.
Il-Ministru Gulia qal li kien ta' sodisfazzjon ghalih li kellu sehem attiv fil-laqghat bejn iz-zewg pajjizi, li permezz taghhom komplew jikbru r-relazzjonijiet kummercjali u twaqqfet ukoll kummissjoni mhallta bejn Malta u c-Cina taht il-ftehim dwar il-Kummerc u l-Ekonomija.
Prezenti ghall-laqgha kien hemm Mr. Fang Xinwen, l-Attache' fl-Ambaxxata, u s-Sur Vincent Attard, Segretarju Privat tal-Ministru.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901