Left arrow Go Back

Il-Ministru Alfred Portelli jzur il-qasam tad-Djar tal-Marsa

PR0193
Date Icon 03/02/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu zar il-Qasam tad-Djar tal-Gvern f'Tax Xemxija, fil-Marsa. Il-Ministeru ghad-Djar, permezz tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Postijiet tal-Gvern, qieghed jaghmel xoghol estensiv ta' manutenzjoni, bi prijorita' fuq il-faccati kollha tal-blokki residenzjali f'dan il-qasam, kif ukoll fi tlett inhawi ohra fil-Marsa, li huma Triq l-Iskola, it-Telgha ta' Spencer u Okella Agius. Ix-xoghol se jsir f'aktar minn 30 blokk, li 24 minnhom qeghdin fil-qasam tax-Xemxija.

Il-Ministru Portelli qal li l-Ministeru tieghu qieghed jaghti prijorita' lil dan il-qasam peress li l-faccati kienu thallew mill-Gvern ta' qabel fi stat hazin hafna, tant li bdiet issir hafna hsara fuq gewwa mill-ilma tax-xita li bdiet diehla ghand in-nies mill-fili mikxufa ta' dawn il-faccati gholjin. Xoghol iehor li qieghed isir huwa ta' tikhil u tibjid ta' tronob, flimkien ma' tiswija ta' bibien u twieqi u z-zebgha kollha mehtiega fuq dawn l-aperturi.

Huwa kompla jghid li l-haddiema ta' dan id-Dipartiment qeghdin jaghmlu tibdil ta' ammont ta' hgieg imkisser u sahansitra tibdil ta' serraturi, lukketti u anke cappetti. Aktar xoghol li qieghed isir huwa ta' zebgha fuq il-hadid tat-turgien u xoghol iehor li jikkoncerna d-dekorazzjoni ta' dan il-qasam tad-djar tal-Gvern.

Xoghol iehor li qieghed isir huwa ta' tibdil ta' katusi ta' l-ilma tal-bjut, tikhil u tibjid ta' apramorti, tahlib ta' soqfa u anke bdil ta' gebel li spicca u xoghol ta' konkos li hu necessarju. Dan ix-xoghol inbeda fil-bidu ta' Frar u mistenni jitlesta f'April li gej.

Il-Ministru qal illi mill-1 ta' Novembru 1996 sa l-ahhar tal-1997, id-Dipartiment tieghu ghamel 2,295 tiswija f'postijiet residenzjali tal-Gvern u tal-Ufficcju Kongunt. Matul l-1997 id-Dipartiment ghamel b'kemm jiswew aktar minn Lm600,000 f'xoghlijiet ta' tiswija f'dawn il-postijiet. Huwa fakkar fl-iskema l-gdida tal-Gvern prezenti li permezz taghha inkwilini f'postijiet tal-Gvern ta' certu dhul baxx se jibdew jibbenefikaw minn ghajnuna biex jaghmlu tiswijiet fil-post taghhom, mill-bieb 'il gewwa.

Huwa qal ukoll li l-Awtorita' tad-Djar kemm ilha mwaqqfa mill-1976 bniet aktar minn 600 blokk ta' bini residenzjali f'aktar minn 28 belt jew rahal f'Malta u Ghawdex.

Waqt din iz-zjara, ufficjali tal-Gvern u rapprezentant mill-Kunsill Lokali tal-Marsa, kienu ukoll prezenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow