Il-Ministeru tal-Biedja u Sajd iwiegeb stqarrija ta' l-Oppozizzjoni
B' riferenza ghall-istqarrija ghall-istampa mill-Onor. Ninu Zammit dwar l-importazzjonital-hxejjex, il-Ministeru tal-Biedja u Sajd jghid il-verita tal-fatti.
Minhabba x-xita li ghamlet il-hxejjex u patata skarsaw u l-prezzijiet gholew b' mod konsiderevoli mill-bidu ta' Novembru 'l hawn. Tant gholew il-prezzijiet li gew riflessi b' mod konsiderevoli fl-indici tal-prezzijiet bl-imnut. Il-prezz medju fil-Pitkalija zdiet minn 10c7-il kilo ghal 22c7-il kilo.
Minkejja dan il-Ministeru stenna ghal xahrejn shah milli jiehu azzjoni sabiex il-bidwi jkun jista' jirkupra minn perjodu ta' prezzijiet baxxi. Fil-fatt matul Novembru u Dicembru ta' l-1997 il-bidwi dahhal Lm 264,000 aktar milli dahhal fl-istess xhur fl-1996.
Mhux veru li l-prezz medju ghal haxix naqas bi 13% kif qal l-Onorevoli Ninu Zammit fl-istqarrija tieghu. Il-fatti juru li filwaqt li fl-1996 (Jannar -Dicembru) dahlu fil-Pitkalija 44, 302, 037, kilo b'valur ta' Lm 7.36 miljun (prezz medju ta' 16.6c il-kilo), fis-sena 1997 (Jannar - Dicembru) dahlu 44, 937, 618 kilo b'valur ta' Lm 7.25 miljun (prezz medju ta' 16.13c il kilo). Jigifieri tnaqqis ta' 2.8% u mhux 13%.
Mill-esportazzjoni tal-patata l-bidwi dahhal madwar Lm 350,000 aktar fl-1997 milli dahhal fl-1996. Dan seta' sar biss bl-intervent tal-Ministru li ghamel l-arrangamenti sabiex tkun tista' tigi esportata 7,500 tunnellata flok 5000 tunnellata li kien stipulat fil-kuntratt miftiehem mal-Gvern Nazzjonalista.
Il-figura li semma' l-Onor. Zammit ta' hlas ta' ETS hija fittizja esagerata u bla sens. Li kieku kien hekk ifisser li l-bdiewa nefqu aktar minn hames miljun lira u nofs f' servizzi f' sitt xhur ghal xoghol fir-raba'.
Fuq it-tliet prodotti li nghataw licenzja ghal esportazzjonid-dhul tal-bdiewa ghax-xhur ta' Novembru u Dicembru 1997 kien ta' Lm 60,000iktar minn Novembru u Dicembru tas-sena 1996.
Mhux minnu li xi mportaturi kienu impurtaw pastard u kabocciqabel harget l-istqarrija tat-12 ta' Jannar, 1998. Kien hemm izda tlietimportaturi li kienu impurtaw il-patata qabel harget l-istqarrija izda dinil-patata kienet ilha fuq il-bahar ghal aktar minn ghaxart ijiem u zgur li makinux jafu li kienet sejra titnaqqas il-levy.
l-importaturi kollha li xi darba impurtaw hxejjex u patata kienukollha infurmati permezz ta' fax mid-Dipartiment ta' l-Agrikolturafit-12 ta' Jannar 1998, ftit hin wara li ttiehdet id-decizjoni waqt laqghama' l-ghaqdiet tal-bdiewa.
L-azzjoni li ttiehdet mill-Gvern kienet gustifikata u f' waqtha, ghal gid tal-poplu kollu.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901