Il-Ministru Edwin Grech jitlob lill-Gvern Ingliz biex jirranga anomaliji fil-hlas tal-pensjoni tas-servizz lill-pensjonanti Maltin
PR0111
21/01/1998
Dan l-ahhar, il-Ministru ghall-harsien Socjali Edwin Grech ul-E.T. il-Kummissarju gholi Ingliz ghal Malta Graham Archer, iddiskutewmaterji ta' interess komuni fil-qasam tal-harsien Socjali, f'laqggha kordjalili kellhom.
F'din il-laqgha, il-Ministru Edwin Grech fost ohrajn ressaq talbali saritlu mill-fergha Maltija tar-Royal Airforce Association, biex certu anomaliji fil-pensjoni, imhallsa mill-Gvern Ingliz lil pensjonanti lirtiraw bejn l-1973 u l-1978, jigu rrangati.
Minn naha tieghu, il-Kummissarju gholi Ingliz wieghed li seriressaq dawn it-talbiet lill-awtoritajiet koncernati.
Il-Ministru irringrazzja lill-Kummissarju GholiIngliz ghall-interess li wera fil-kwistjoni.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901