Jinbeda x-xoghol fuq il-Progett ta' Slum Clearance fil-Belt
Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, li jaqa' tahtil-Ministeru ghad-Djar, bhalissa jinsab ghaddej bix-xoghol biex jippreservafaccata ta' bini qadim li jinsab fi Triq Sant'Ursola, l-Belt Valletta. Dinil-faccata, li hija gholja hames sulari, bhalissa qeghda tigi mirfuda bhalaparti minn progett ta' twaqqiegh ta' kerrejjiet u ta' bini sub-standardfil-Belt. Minhabba n-natura tax-xoghol il-kuntrattur qieghed jaddotta sistemispecjali ta' rfid. Dan il-progett mistenni jipprovdi 24 appartament godda, bil-garaxxijiettahthom.
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu zarufficjalment is-sit ta' dan il-progett, wara li kien zaru mhux ufficjalmentdiversi drabi. F'diskors li ghamel il-Ministru qal li huwa u d-Dipartimenttieghu insistew hafna ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex ma jibqax ikun hemmdewmien fil-hrug tal-permessi ghat-twaqqiegh ta' bini sub-standard.Fil-fatt saru wkoll pjanti godda ohrajn u kienet ir-rieda tal-Ministeru li,fejn hu possibbli, tigi ppreservata il-faccata.
Matul il-gimgha l-ohra saret it-tnehhija tal-materjal tal-bini uhmieg iehor li kien hemm fit-triq. Ir-residenti rringrazzjaw lill-MinistruPortelli ghall-interess personali li ha biex il-progett jibda.
Il-Ministru gibed l-attenzjoni tal-haddiema li kienu qeghdin jahdmufil-periklu u qalilhom biex joqghodu attenti u biex jinxurjaw ruhhom bhalaprevenzjoni ta' xi accident.
Huwa qal li taht din l-Amministrazzjoni tlestew 24 post fi Triqil-Wied, fl-Imsida, tmien postijiet ohra fi Triq San Nikola, il-Belt Valletta,jinsabu fi stadju avvanzat, filwaqt li xoghlijiet fi 17-il post iehorfil-progett tal-Mina ta' Santa Liena, Bormla, jinsabu mexjin kif ippjanat. Huwaqal li l-postijiet ta' Bormla u l-Imsida se jigu allokati dalwaqt.
Il-Ministru Portelli kompla jghid li ghadd ta' progetti ohratfasslu matul dawn l-ahhar xhur u l-applikazzjonijiet ghalihom intbaghtulill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Dawn jinkludu 40 post fl-Imsida, 74 post fi TriqSan Gwann u Triq Qrejten, Bormla, 15 il-post fil-Furjana u erba' fil-Birgu.Barra dawn, qeghdin jitfasslu wkoll tliet progetti godda ta' slum clearance -tnejn f'Bormla u iehor fil-Belt, Valletta. Wiehed jittama li dawn il-permessijinhargu ma jdumux.
Biex jithaffef ix-xoghol li hemm mahsubfil-programm imfassal mill-Ministeru tieghu, l-Onor Alfred Portelli kien waqqafkumitat biex jikkoordina ix-xoghol tad-Dipartimernt tal-Bini u Tiswija ta'Djar, l-Awtorita' tad-Djar, id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali ud-Dipartiment tal-Estates Management. Il-Ministru Portelli temm jghid lidan ix-xoghol kollu qieghed isir skond it-tradizzjoni ta' dan il-Gvern li kienbeda l-ewwel progetti ta' slum clearance bit-twaqqiegh tal-Mandraggfil-Belt, Valletta, sa minn wara l-ahhar gwerra u kompla wara f'kulllegislatura li giet wara.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901