Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jzur il-Malta Shipbuilding

PR0076
Date Icon 15/01/1998

Fuq stedina tad-direttur haddiem Jesmond Tanti, il-Prim Ministrudalghodu zar il-Malta Shipbuilding. Huwa gie mdawwar mad-diversi workshopsu tkellem mal-haddiema f'kull taqsima. Huwa ra b'ghajnejh ix-xoghlijiet finalili kienu qeghdin isiru fuq il-vapuri Russi li ghadhom kif inxtraw. Kellul-okkazjoni wkoll jara xoghol li kien qed isir fuq it-trawlers Norvegiziu t-tliet vapuri li kienu qed jinbnew ghall-Gozo Channel.

Il-Prim Ministru temmiz-zjara tieghu billi ndirizza lill-haddiema migbura. Huwa qal li l-Gvern kiendeterminat li jaghmel minn kollox biex jissalvagwardja l-impjiegi ul-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom. Dan waqt li jkompli fl-impenn tieghu lima jzidx il-piz finanzjarju fuq il-pajjiz.

Il-Gvern irid li x-Shipbuilding tiehu r-ruh. Izda biex dan isehhl-ewwel kien jehtieg li hu jghid l-affarijiet kif inhuma. Bizzejjed wiehedjghid li fis-snin 1992-96 xoghol fuq tliet vapuri li kien jiswa Lm12.5 miljungie jiswa Lm25 miljun. Jigifieri l-kumpanijakienet marret Lm12-il miljun u aktar minn taht.

Fl-1995 il-MaltaShipbuilding kienet tilfet Lm10,800,000, fl-1996 tilfet hdax-il miljun lira, usa Settembru ta' l-1997 tilfet 'l fuq minn tmien miljuni.

Ir-ragunijiet ghal dankienu diversi: il-problema fl-organizzazzjoni u l-management;il-problema ta' produttivita` mill-haddiema; kif ukoll il-problema lil-kumpanija kienet ghadha ma ngranatx bizzejjed. Ma dawn x'aktarx kien hemmproblemi ohra li l-haddiema setghu jsemmu ghax jafuhom tajjeb.

Il-Malta Shipbuilding riedet tibza' ghall-isem tajjeb taghha. Metas-sidien tal-vapuri ma jkunux qeghdin jinqdew, jew ma jinqdewx fil-hin, dawnjaqbdu u jiehdu xogholhom x'imkien iehor. Meta dan l-ahhar qametil-kontroversja dwar jekk ghandhomx jingiebu haddiema Cinizi jew Pollakkiil-punt kollu kien sewwa sew dan. Il-kumpanija riedet izzomm il-fiducjatal-klijenti taghha. Jekk taqa' lura fuq ix-xoghol il-klijenti ma jergghuxjigu. Kienu l-klijenti Norvegizi li ghax waqa' lura x-xoghol insistew lijingiebu haddiema barranin biex ma jitilfux il-fiducja taghhom fit-tarznaraMaltin.

Dr Sant qal li jidher li issa resqin lejn soluzzjoni kif ha nahdmufuq it-trawlers u l-vapuri tal-Gozo Channel. Din trid tigi diskussa.

Il-Prim Ministru qal li mhux kollox kien iswed fl-istampatax-Shipbuilding. In-Norvegizi kienu kkonfermawlu li fix-Shipbuilding kien hemmnies tajba, nies bi snajja' tajba li jafu jahdmu. U huma kienu nteressati lijekk l-affarijiet jirrangaw kienu lesti li jzommu r-rabta taghhom ma' Malta.

Kien jehtieg li progressivament innaqqsu t-telf li kien qieghedisir fix-Shipbuilding. Il-pajjiz ma setghax ikompli jaghmel tajjebghall-miljuni li, sena wara l-ohra, kienet qieghda titlef il-kumpanija.Il-produttivita` riedet tizdied biex, b'management ahjar, il-kumpanijatigi fl-istat ta' kumpaniji Norvegizi fejn, minkejja li l-pagi tal-haddiemakienu hafna oghla minn dawk Maltin, jirnexxilhom jahdmu u jaghmlu l-qligh.Diga` fix-Shipbuilding kienet qed tizdied il-flessibilta` fl-operat tal-haddiema.Kien importanti li Gvern, management u haddiema jahdmu flimkien, iharsulejn il-problema b'mod shih u totali. U fuq kollox li tinghad il-verita` fuql-aspetti kollha taghha.

Meta l-Prim Ministruspicca jitkellem stieden lill-haddiema biex jitkellmu huma. Kienu bosta liresqu biex jitkellmu. Issemmiet il-htiega tas-serjeta` f'kull aspetttax-xoghol. Kien hemm htiega kbira ta' training serju ghax in-niesimharrga kienu naqsu sew. Bizzejjed wiehed jghid li kemm ilha tezisti l-ETCqatt ma kienet organizzat tahrig fil-fabrikazzjoni ta' l-azzar. Kien hemm ukollnuqqas ta' materjal u ghodda ta' kalibru. Ma' dawn wiehed seta' jsemmi equipmentli kellu jigi rrangat. Il-haddiema lmentaw ukoll li ma kellhomx informazzjonifuq id-direzzjoni li kienet qed taqbad it-Tarzna tal-Marsa.

Huma tkellmu wkoll fuqil-kundizzjonijiet tax-xoghol u t-tbatija li kienu jiffaccjaw fl-ambjenttax-xoghol taghhom.

Il-Prim Ministru ghalaqbilli rringrazzja lill-haddiema ta' l-opportunita` li kienu tawh biex jarab'ghajnejh kif tahdem ix-Shipbuilding. Huwa accertahom li l-Gvern kien lestjaghti l-kumpanija n-nifs li kellha bzonn. Imma biex il-kumpanija tirnexxikulhadd ried jaghti sehmu - Gvern, management u haddiema. Jekk dan isehhix-Shipbuilding kellha futur tajjeb.

Wara l-laqgha li kellumal-haddiema, il-Prim Ministru tkellem ma' membri tal-middle managementtax-Shipbuilding. Prezenti tul iz-zjara kienhemm ic-Chairman tal-Malta Shipbuilding is-Sur Albert Mizzi, ic-Chairmantal-MIMCOL is-Sur John Cassar White u l-General Technical Manager tal-MaltaShipbuilding, is-Sur Charles Caruana.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow