Left arrow Go Back

Il-Gymnasium ta' l-Imtarfa jinbidel f'Centru Sportiv modern u attrezzat

PR0073
Date Icon 15/01/1998

Fuq xewqa tal-Ministrughad-Djar is-Sur Alfred Portelli, il-Gymnasium ta' l-Imtarfa qieghedjinbidel f'wiehed gdid u akbar, wara li l-Gvern precedenti kien abbandunahghall-snin twal, li matulhom gie sgassat u vandalizzat, tant li spicca kollutifrik u tkissir. Dan il-gymnasium se jigi inawgurat ufficjalmentdalwaqt u jibda jintuza mill-isportivi Maltin. Ix-xoghol gie kummissjonatmill-Awtorita' tad-Djar, li ghandha f'idejha l-amministrazzjoni tal-Belt ta'l-Imtarfa.

Il-Ministru ghad-Djar,li ha interess personali f'dan il-progett u fix-xoghol kollu li qieghedjitwettaq fl-Imtarfa, dalghodu zar dan il-Gymnasium biex isegwimill-qrib ix-xoghol li qieghed jitwettaq. Huwa zar kemm-il darba l-Imtarfa mhuxufficjalment. Ix-xoghol fuq dan il-progett sportiv li jinsab fl-ahhar stadjitieghu jikkonsisti f'bini gdid ta' ufficini, facilitajiet sanitarji (changingrooms) kompluti b'kollox, bini ta' parti gdida fejn se jkun hemm fitnessroom, kamra ghall-lectures, infirmerija u anke gallerijaghall-ispettatturi. Dan barra x-xoghol fuq il-parquet, sistema ta' dwalkollu gdid u rikondizzjonament tal-bini kollu in generali. Qed isir ukollxoghol fit-toroq ta' madwaru.

Il-Ministru qal li danil-progett huwa wiehed li lilu interessah b'mod partikulari u dan minhabbal-konnessjonijiet mill-qrib li ghandu mal-qasam sportiv. Huwa qal li minn postf'qaghda tal-biki, dan il-gymnasium qieghed jinbidel f'centru sportivfejn fih se jkunu jistghu jigu prattikati mhux inqas minn disa' attivitajietsportivi differenti bhal basket ball, volley ball, fencingu ohrajn.

Huwa ferahlill-Awtorita' tad-Djar li kkummissjonat dan ix-xoghol li mistenni jigi jqum 'lfuq minn Lm80,000. Huwa qal li l-Ministeru tieghu u s-Segretarjat Parlamentarighaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti qeghdin f'kuntatt kontinwu biex isirl-ahjar uzu ta' dan ic-centru sportiv minn sportivi Maltin.

Il-Ministru kompla jghidli bla telf ta' zmien biex il-Belt tal-Imtarfa issir belt ideali, kien waqqafkumitat maghmul minn ufficjali tal-Awtorita' tad-Djar u l-Ministeru tieghu liqieghed jiltaqa' regolarment biex isegwi x-xoghol li qieghed isir u johrogb'idejat godda. Frott ta' dan il-Kumitat kien twaqqaf unit ta' customercare biex jilqa' l-ilmenti tac-cittadini tal-post. Barra minn hekk il-Ministru ltaqa' wkoll ma' ghaqdiet ta'residenti u ma' ghadd ta' cittadini mill-Imtarfa.

Prezenti ghal din iz-zjara kien hemm is-SurAlfred Fiorini Lowell,Segretarju Permanenti, is-Sur Victor Galea, Chairmanta' l-Awtorita' tad-Djar, Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru u is-SurMichael Micallef, Segretarju Personali tal-Ministru.


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow