Left arrow Go Back

Importazzjoni ta' haxix frisk

PR0070
Date Icon 15/01/1998

Kawza tal-maltemp u x-xita li laqtu l-gzejjer Maltin f'dawnl-ahhar xhur, il-produzzjoni tal-haxix frisk nizlet f'livell baxx hafna ub'hekk ikkagunat zieda sostanzjali fil-prezzijiet tal-haxix friskghall-konsumatur. Kien ghalhekk li d-Dipartiment tal-Biedja, waradiskussjonijiet mad-Dipartiment tal-Kummerc u mar-rapprezentanti tal-bdiewahareg sejha ghall-applikazzjoni ta' importazzjoni ta' kwantita limitata ta'pastard, kabocci u patata biex jigu mpurtati sa l-ahhar ta' Jannar.

B'rizultat ta' dawn it-tahdidiet gie deciz li temporanjamentmil-lum sa l-ahhar ta' Jannar jitnaqqsu l-levies imposti fuql-importazzjoni ta' dawn it-tliet prodotti.

Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia metadalghodu ndirizza press briefing sabiex jispjega l-ahhar zviluppi lisehhew fis-settur tal-produzzjoni tal-haxix frisk. Dawn il-mizuri ttiehdumill-Gvern sabiex il-konsumatur isib jixtri dawn il-prodotti b'prezzijiet aktarmoderati minn dawk li hawn fis-suq bhalissa.

Il-Ministru spjega li dawn il-mizuri fl-istess waqt huma mahsubabiex ihallu l-inqas impatt negattiv fuq il-bdiewa li, huwa fakkar, diga qeghdinjiffaccjaw telf ta' produzzjoni kawza tal-hsara li kellhom fl-ucuh tar-raba'.

Il-Ministru qal li m'hemm l-ebda verita fl-ghajdut li gew mxerrdadan l-ahhar li l-levies fuq l-importazzjoni ta' haxix frisk kienu sejrinjitnehhew kollha.

Il-Ministru appella lil dawk ikkoncernati, jigifieri bdiewa,pitkala, bejjiegha tal-haxix u konsumaturi biex jikkoperaw bejniethom biex dinis-sitwazzjoni difficli ta' produzzjoni baxxa u prezzijiet gholja tigi meghlubafl-iqsar zmien possibli u bl-anqas impatt negattiv fuq dawk kollha koncernati.

Il-Ministru temm id-diskors tieghu billi wissali ufficjali tad-Dipartimenti tal-Biedja u tal-Kummerc sejrin jiehdu l-passinecessarji kollha biex jigi zgurat li hadd ma jabbuza jew jiehu vantagg minndin is-sitwazzjoni a skapitu tal-bdiewa jew konsumaturi.


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow