Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jiltaqa' ma' l-Ambaxxaturi akkreditati ghal Malta

PR0039
Date Icon 09/01/1998

Il-Prim Ministru, Dr.Alfred Sant, illum tkellem dwar l-impenn tal-Gvern Malti biex ikun hemmrelazzjonijiet mill-qrib bejn Malta u l-Unjoni Ewropea bbazati fuq il-ftehimezistenti ta' assocjazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea kif ukoll fuqit-tishih tal-process Ewro-Mediterranju. Il-Prim Ministru qal dan meta fisseril-politika barranija tal-Gvern Malti fil-laqgha ta' kull sena li jkollu ma'l-ambaxxaturi akkreditati ghal Malta, li saret fl-Ufficcju tal-Prim Ministru,fil-Berga ta' Kastilja.

Il-Prim Ministru qal lin-newtralita' hija l-principju haj li jmexxi lill-poplu Malti u Ghawdxifit-tifsir ta' l-ghazliet tieghu. Dr. Sant tkellem dwar l-appogg qawwi li l-GvernMalti ta lis-shubija Ewro-Mediterranja bit-trawwim u promozzjoni ta' progettiregjonali specifici fil-qafas ta' din is-shubija. Il-Prim Ministru qal li Maltahabirket fit-tiftix taghha ta' l-iskop li trodd dimensjoni usa' lil dinis-shubija bis-sehem ta' l-istati kollha tar-regjun tal-Mediterran.

Dr. Sant tkellemfid-dettal dwar ir-relazzjonijiet mill-qrib ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea uqal li sa fejn jidher fil-futur, shubija fl-Unjoni Ewropea mhix fil-fehmatal-Gvern Malti ghazla sostenibbli ghal pajjizna.

Il-Prim Ministru qal likien fiducjuz bit-tahditiet li qeghdin isiru mal-Kummissjoni Ewropea. Dr. Santqal li ntlahaq qbil li l-ftehim ezistenti ta' assocjazzjoni bejn Malta ul-Unjoni Ewropea ikun il-pedament ghal rabta aktar mill-qrib ma'l-UnjoniEwropea.

Dr. Sant tkellem dwaril-mizuri li ittiehdu, fosthom is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni, biexl-ekonomija tithejja ghat-twaqqif progressiv ta' zona ta' kummerc hieles mifruxfuq medda ta' hamsa ghal seba' snin. Il-Prim Ministru qal li din hija l-ahjartriq ghal pajjizna kif nistghu ntejbu l-integrazzjoni ta' Malta fl-Ewropa billijinholqu spazji wiesgha ghall-progress socjali u ekonomiku ta' Malta. B'hekkdan il-progress ikun jista' jinzamm fuq sisien sodi taht kundizzjonijiet lijibqghu jharsu l-interessi tal-haddiema, tac-cittadini li jahdmu ghal rashom ughall-pensjonanti.

Il-Prim Ministru semmawkoll il-mizuri li l-Gvern ha fil-Budget, is-sitwazzjoni finanzjarja imwieghrali wiret il-Gvern u l-impenn ta' Malta fid-dimensjoni usa' tal-kooperazzjoniregjonali li hdan il-Kunsill tal-Ewropa u tal-OSCE.

Ara wkoll it-testshih tad-diskors tal-Prim Ministru.



Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow