Abitanti ta' slums ser jinghataw appartament tal-Gvern
Il-Ministeru ghad-Djar qieghed jistenna l-hrug tal-permessi ghall-bini tat-tieni fazi tal-progett tat-twaqqiegh ta' bini qadim fl-Imsida, biex ikun jista' johrog lin-nies minn dan il-bini qadim u jakkomodahom f'appartamenti godda tal-Gvern li jinsabu hdejn l-ghajn tal-hasselin.
Dawn id-djar qodma se jitwaqqghu skond il-progett ta' twaqqiegh ta' slums, li l-Ministeru ghad-Djar qieghed iwettaq fl-Imsida. Dan ix-xoghol ta' twaqqiegh ikun jista' jinbeda hekk kif johrog il-permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Ix-xoghol ta' twaqqiegh ta' slums f'dawk l-inhawi ta' l-Imsida, kien gie imfassal fuq tliet stadji. Ix-xoghol fil-parti l-kbira ta' l-ewwel stadju, li kien jinkludi twaqqiegh ta' bini qadim u bini ta' appartamenti godda, issa jinsab kwazi lest.
Il-permessi ghax-xoghol fuq it-tieni fazi, jigifieri dik ta' hdejn il-pompa tal-petrol, jinsabu fi stadju avvanzat u ghandhom jinhargu fil-gejjieni qrib. Hekk kif johorgu il-permessi in-nies li jigu evakwati minn dan il-bini jkunu jistghu imorru joqghodu fl-appartamenti li hemm lesti ghalihom. L-applikazzjonijiet ghall-izvilupp tat-tielet fazi, jigifieri dik ta' hdejn il-Kappella tal-Kuncizzjoni, se jigu sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-bidu ta' Mejju.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922