L-Onor. Anton Refalo jassisti waqt ghoti tad-demm mill-Grupp Donaturi tad-Demm
L-Onor Anton Refalo, Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, ferah lir-Rettur Fr Eddie Zammit u lill-Grupp Donaturi tad-Demm tac- "Centru Rghaj it-Tajjeb" tal-Premju li nghatalhom bhala ic-Centru b'iktar donaturi tad-demm ghas-sena 1996.
Il-premju gie ipprezentat lir-Rettur, mill-Onor Dr Michael Farrugia, Ministru tas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja f'cerimonja organizzata mic-Centru Nazzjonali ta' Trasfuzzjoni tad-Demm, nhar 17 ta' April 1997.
Tul il-hames snin li dan il-Grupp ilu mwaqqaf inghataw iktar minn 660 donazzjoni ta' demm. L-Onor Refalo li kien qed jassisti waqt l-ghoti tad-demm u plasma mill- 31 membru fill-Grupp, fic-Centru Tat-Trasfuzzjoni tad-Demm, fl-Isptar Generali ta'Ghawdex inkorraggixxa din l-inizjattiva u esprima il-fatt sabiex iktar Ghawdxin ikunu sensibbli ghal dan l-element essenzjali tal-hajja.
L-Onor Dr Refalo tkellem dwar l-arrangamenti li saru dan l-ahhar minn naha tas-Segretarjat tieghu, u id-Dirigenti tal-Isptar Generali sabiex il-facilitajiet fic-Centru tat-Trasfuzzjoni tad-Demm jitjiebu ghal kumdita u l-esigenzi tad-donatturi.
L-Onor Dr Anton Refalo iltaqa ukoll ma Dr Roy Schembri Wismayer li kien prezenti waqt l-ghoti tad-demm. Skond statistika mahruga mic-Centru tat-Trasfuzzjoni tad-Demm f'Ghawdex fil-1996 kien hemm 816 il-donazzjoni, waqt li din is-sena 1997 kien hemm 354 il-donazzjoni. Ic-Centru ikun miftuh mit-Tnejn sal-Gimgha mit-0830 sa 1130 nhar ta' Sibt mit-0830 sa 1100.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922