Left arrow Go Back

Issir l-ewwel laqgha tal-Kummissjoni favur il-Moralita' Fiskali

PR713
Date Icon 22/04/1997

Il-Kummissjoni Favur il-Moralita` Fiskali ltaqghet ghall-ewwel darba nhar il-Hamis, 17 ta' April 1997. Il-membri kollha prezenti qablu fuq il-htiega li jitfassal pjan ta' hidma ghall-istess Kummissjoni. Il-pjan se jkun konformi mal-linji ta' gwida stabbiliti mic-Charter ghall-Kummissjoni Favur il-Moralita` Fiskali. Din ic-Charter tghid li l-hidma tal-Kummissjoni ghandha tkun li:

1. b'kull mezz xieraq tippropaga l-principju tal-Moralita' Fiskali halli tinholoq kultura pozittiva fil-qasam fiskali bil-ghan li b'hekk tibda titnaqqas l-evazjoni tat-taxxa;

2. tosserva mil-lat taghha jekk dan il-principju hux qieghed jinfirex, mhux l-inqas billi tikkoncentra fuq dawk is-setturi li l-aktar jidhru jevadu t-taxxi, jew fejn il-kontrolli fuqhom huma l-iktar dghajfin;

3. tesprimi ruhha pubblikament fuq materji li thoss li ghandha titkellem dwarhom u tirrikmanda lill-Gvern tal-gurnata kif jista' jinforza ahjar id-diversi ligijiet fiskali, dejjem fil-kontest tad-drittijiet u d-dinjita` xierqa tac-cittadin.

4. tikkummenta jekk thoss li ghandha taghmel hekk dwar ligijiet ezistenti jew proposti, inkluzi emendi, fil-qasam tat-tassazzjoni; kif ukoll tipproponi hi stess ligijiet jew emendi; tircievi u tikkunsidra skond il-mertu suggerimenti li jsirulha mill-pubbliku;

5. taghmel dak kollu izjed li thoss li hu xieraq biex tigi mferrxa u msahha l-Moralita` Fiskali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fi Brussell, il-Ministru Clint Camilleri jinsisti sabiex il-politiki Ewropej jirriflettu r-realtajiet tal-gżejjer

PR261896

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fi Brussell, il-Ministru Clint Camil...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’aktar attrazzjonijiet għall-familja kollha

PR261895

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...

More Press Releases Right arrow