Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Joe Cilia jiltaqa' ma' l-Ghaqdiet Sportivi ghall-proposti dwar Ghajnuna Finanzjarja

PR712
Date Icon 22/04/1997

Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti, l-Onor. Joe Cilia, dan l-ahhar iltaqa' ma' l-ghaqdiet sportivi sabiex jiddiskuti maghhom diversi proposti li saru dwar ghajnuna finanzjarja u ta' kull xorta ohra.

Wara li sema' s-suggerimenti u l-kummenti li kellhom x'jaghmlu r-rapprezentanti ta' dawn l-ghaqdiet sportivi, l-Onor Cilia tkellem dwar il-hidma tal-Gvern fis-settur sportiv. Huwa enfasizza fuq l-importanza li l-ghaqdiet sportivi jirregistraw mas-Segretarjat Parlamentari sabiex ikun hemm kordinazzjoni ahjar fil-hidma sportiva. Huwa qal li kienu diga' rregistraw 33 ghaqda li huma affiljati mal-Kumitat Olimpiku Malti u 44 ghaqdiet jew clubs li mhumiex affiljati. L-Onor. Cilia qal li huwa importanti illi min jippretendi li ghandu jinghata ghajnuna ghandu jirregistra mas-Segretarjat Parlamentari.

L-Onor. Cilia tkellem dwar il-Kunsill Malti ta' l-Isport li rega' gie ffurmat taht ic-Chairmanship ta' Fr. Hilary Tagliaferro. Huwa qal li l-Kunsill inghata post fil-Kumpless tal-Pixxina minn fejn ikun jista' jahdem u nhatar anke Segretarju full-time sabiex ix-xoghol ikun jista' jsir ahjar.

Meta kien qed jitkellem dwar ghajnuna finazjarja, l-Onor. Cilia qal li l-ghaqdiet sportivi jridu jifhmu li ghandu jkunn hemm certi prijoritajiet. Fil-passat kien hemm hafna promessi marbutin mal-lotteriji tas-Super 5 u li Scratch & Win izda ma kien hemm xejn konkret b'mod legali f'dik li hi struttura ghall-finanzjarjament tal-isport.

Huwa ssimpatizza ma' hafna ghaqdiet sportivi li m'ghandhomx premises adegwat minn fejn jahdmu, jew inkella qed jahdmu fi premises li m'ghandhomx titlu fuqu. Huwa qal li l-Gvern huwa mpenjat li jahdem bis-serjeta' fuq din il-problema ghax jifhem l-importanza li din tigi ttakkiljata kif jixraq.

Fil-laqgha sar diskors ta' introduzzjoni mis-Sur Tony Ghio, Kap tat-Taqsima Sport, li spjega l-proposti li saru ghall-ghajnuna. Tkellmu wkoll il-Magistrat Lino Farrugia Sacco, Chairman tal-Kumitat Olimpiku Malti u Fr. Hilary Tagliaferro, Chairman gdid tal-Kunsill Malti ghall-Isport.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’aktar attrazzjonijiet għall-familja kollha

PR261895

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the Paris Peace Forum, highlighting the importance of protecting children in the digital world and strengthening democracy and security through international cooperation

PR261894en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...

More Press Releases Right arrow