Zjara ta' Kortesija mill-Kummissarju Gholi Awstraljan lill-Ministru Michael Farrugia
Il-Kummissarju Gholi Awstraljan, l-ET Colin Willis ghamel zjara ta' kortesija lill-Ministru ghas-sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet ta-Familja, Dr Michael Farrugia, fl-ufficcju tieghu Sta Venera.
IL-Ministru Michael Farrugia spjega d-decizzjoni li ttiehdet rigward l-isptar il-gdid f' Tal-Qroqq u x'wassal ghal din id-decizzjoni. Huwa spjega wkoll kif saru laghqat mad-diversi setturi li jinvolvu l-isptarijiet u li kullhadd jaqbel mad-decizzjoni li jkun hawn sptar wiehed biss generali.
Il-Ministru Michael Farrugia u L-ET Colin Willis iddiskutew ukoll il-problema ta' l-anzjani u s-'social cases' f'pajjizna u semmew ukoll il-konferenza li se torgannizza l-INIA fl-Awstralja fix-xhur li gejjin.
Matul din il-laqgha gew elenkati diversi progetti ta' ko-operazzjoni fil-qasam tas-sahha bejn Malta u l-Awstralja.
Il-Ministru Farrugia u l-Ambaxxatur Colin Williams qablu li jsiru aktar kuntatti bejniethom biex jitjiebu aktar ir-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi fejn jirrigwardja is-sahha.
Other Press Releases:
PR261895
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...
PR261894en