Sports Rally ghat-tfal ta' l-iskejjel Primarji Ghawdxin
L-Onor Dr Anton Refalo Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex nhar il-Gimgha 18 ta' April 1997, kien prezenti ghall-isports rally ghall-istudenti kollha li jattendu l-iskejjel Primarji tal-Gvern u tal-Privat, li sar fis-Silver Jubilee Ground fix-Xewkija Ghawdex.
Fl-indirizz tieghu Dr Refalo semma l-importanza u l-valuri ta' l-isports fil-hajja tat-tfal u zghazagh minhabba l-fatt li jbeghdhom mill-abbuz tad-droga u lalkohol. Ghaldaqstant, kompla jghid Dr Refalo, is-Segretarjat tieghu huwa impenjat biex isahhah u jitjiebu il-facilitajiet sportivi f'Ghawdex.
L-Onor Refalo qassam il-medalji lir-rebbieha fid-diversi events ta' giri u loghob ohra. Prezenti wkoll kien hemm Ufficjali fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni kapijiet tal-iskejjel, u ghalliema.
Other Press Releases:
PR261895
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...
PR261894en