Laqgha Generali Annwali tal-Koperattiva Centrali tal-Bdiewa
Tezisti l-htiega urgenti li l-bdiewa jkunu attivi fil-Koperattivi taghhom. Ikollhom sehem fid-diskussjonijiet u fid-decizjonijiet li jittiehdu. B'hekk biss tista' titjieb l-istrategija tal-produzzjoni u jkunu hemm avvanzi fil-kwalita' tal-prodott Malti.
Il-Ministru Noel Farrugia qal dan meta kien qed jindirizza l-Laqgha Generali Annwali tal-Koperattivi Centrali tal-Bdiewa u habbar li jinsab fi stadju avvanzat li jiffinalizza arrangamenti biex id-Dipartiment ikollu s-servizz ta' espert ikkwalifikat fil-qasam ta' l-Ortikultura.
Huwa spjega li l-hatra ta' dan l-ufficjal hija mahsuba biex ittejjeb il-pariri teknici u xjentifici li l-bdiewa jirrikjedu fis-sistema tal-produzzjoni fuq l-ucuh tar-raba'.
B'dan l-impenn kompla jghid il-Ministru, il-bidwi jkollu l-opportunita li jhares il-karatteristici naturali tar-raba' tieghu u jassigura li jtejjeb il-livell tal-prodott u l-harsien ta' l-ambjent. Dan b'rizultat li jitnaqqas l-ammont ta' bexx u l-uzu ta' sustanzi kimici li qed jintuzaw illum.
Matul il-gimghat li gejjin sejrin jsiru tahdidiet, bejn id-Dipartiment u rapprezentanti tal-kumpanija li qed tesporta l-hxejjex lejn is-suq Ingliz bil-ghan li jigi studjat kif nistghu ntejbu l-process u nzidu l-varjeta' u l-volum ta' l-esportazzjoni.
Huwa temm jghid illi b'dawn l-inizjattivi ser tkompli tissahhah il-fiducja fis-settur tal-biedja kemm mill-bdiewa, investituri u l-konsumaturi.
Nota ta' Informazzjoni
Din il-Koperattiva Centrali ilha stabbilita ghal dawn l-ahhar 50 sena u fil-fatt thaddan fiha seba' koperattivi primarji ohra (Dingli, Mgarr, Rabat, Qormi, San Pawl il-Bahar, Siggiewi/Zebbug u Zabbar) li b'kollox ghandhom 'il fuq minn elf membru.
Il-Ministru Farrugia qal li huwa ta' sodisfazzjon ghalih li jinnota li numru hekk kbir ta' membri hassew il-htiega li jinghaqdu f'hidma koperattiva biex jimxu 'l quddiem.
Huwa fahhar l-inizjattiva li hadet il-Koperattiva Centrali biex tikkopjuterizza l-attivitajiet taghha fil-Pitkalija u li permezz ta' dan il-bdiewa qeghdin jinqdew ahjar u aktar malajr.
Il-Koperattiva Centrali dahlet wkoll fix-xoghol ta' ghazla ta' patata ghas-safar b'investiment ta' 'l fuq minn Lm20,000 f'makkinarju modern biex tigi ggrejdjata l-patata u b'hekk barra li qed tiffranka parti mill-ispejjez tal-grading, qed tkun ta' servizz tajjeb hafna ghall-membri.
Il-bejgh mill-Pitkalija tal-Koperattivi mautl is-sena li ghaddiet zdied u llum jlahhaq 'l fuq minn 25 fil-mija tal-bejgh totali li jsir mill-Pitkalija.
Dan huwa ta' nkoraggiment ghax juri li l-bdiewa qeghdin jaghmlu aktar uzu mill-facilitajiet provduti lilhom.
Il-Ministru Farrugia qal li fil-ftit xhur li ilu Ministru responsabbli mis-settur tal-Biedja hadem biex il-bidwi jkollu aktar gharfien ghall-hidma tieghu u jkun moqdi ahjar.
Fost l-inizjattivi li ttiehdu f'dawn l-ahhar xhur kien hemm it-tindif tal-Pitkalija Centrali; il-ftuh ta' facilitajiet bankarji fil-Pitkalija; it-thaddim ta' cold rooms; il-bini ta' tinda biex il-bdiewa, xerrejja u pitkala kif ukoll il-prodotti tal-bdiewa jkunu protetti mix-xemx u xita; il-mahzen fejn isir il-grading u l-ippakkjar tal-hxejjex ghall-esportazzjoni u t-tkabbir ta' mahzen biex titpogga magna gdida ghall-hasil tal-crates (kbar u zghar).
Il-Ministru heggeg lill-bdiewa biex huma stess jiehdu sehem fl-inizjattivi biex ikabbru l-attivita taghhom bi produzzjoni ta' kwalita u varjeta ghas-swieq lokali u barranin u b'hekk ikollhom dhul xieraq ghall-hidma taghhom.
Other Press Releases:
PR261895
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...
PR261894en