Is-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa taghmel zjara lil Playschool ta' l-Universita'
"It-Tajra Playschool" ghalqet sena mit-twaqqif taghha. Ghal din l-okkazjoni s-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa, Helena Dalli, zaret dan ic-centru ta' childcare fl-Universita ta' Malta.
L-Onor Helena Dalli fahhret din l-inizjattiva li toffri appogg lil genituri bi tfal zghar biex ikomplu fix-xoghol u fl-istudji taghhom. Hija qalet li kemm ilu mwaqqaf is-Segretarjat kellha diversi laqghat ma' kumpaniji fejn kien diskuss u nkoraggit it-twaqqif ta' dawn ic-centri ghat-tfal ta' l-impjegati.
Dan is-servizz ghandu jkun parti minn pakkett ta' kundizzjonijiet tax-xoghol li huma mehtiega sabiex il-genituri jkunu jistghu jkomplu bil-hidma taghhom barra d-dar minhabba li c-childcare joffri is-sostenn tant mehtieg ghall-membri tal-familja kollha.
Dawn ic-centri jservu ta' gid ukoll ghal min ihaddem. In-numru ta' haddiema fis-suq tax-xoghol jizdied. Ikun hemm inqas turnover tal-haddiema waqt li l-investiment inizjali li jkun sar fit-tahrig tal-haddiema ma jintilifx. Iz-zieda ta' nisa jahdmu f'kull qasam tas-socjetĂ jfisser it-thaddim ahjar ta' l-uniku rizors ta' pajjizna - ir-rizors uman.
Bhalissa s-Segretarjat ghaddej b'xoghol fuq progett pilota ghat-twaqqif ta' childcare centre ghat-tfal ta' taht it-tliet snin. Huwa importanti li s-siehba socjali jaghtu sehemhom sabiex dan is-servizz ikun provdut ghall-familji li jehtiguh.
Ms. Dalli awgurat li l-hidma fuq dan ic-centru tkompli tizviluppa u li aktar postijiet tax-xoghol u istituzzjonijiet jimxu fuq l-ezempju moghti mill-Universita ta' Malta.
Other Press Releases:
PR261895
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...
PR261894en