Prezentazzjoni ta' Trofej u Certifikati ta' partecipazzjoni lil partecipanti tal-Karnival 1997
Nhar il-Hamis 10 t'April, 1997 fil-Lukanda Les Lapins saret il-prezentazzjoni tal-premjijiet lill-partecipanti tal-Karnival 1997. Ghall-ewwel darba din is-sena, din il-prezentazzjoni saret waqt ikla moghtija mill-Kumitat Festi Nazzjonali, flimkien mal-Kummissjoni Karnival.
Wara li ghamel id-diskors tieghu ic-Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali, is-Sur France Ripard, saret il-prezentazzjoni tat-trofew u c-certifikati mis-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Dr. Joe Cilia, li huwa responsabbli ghaz-Zghazagh, Sports, Kultura u Arti.
Wara sar diskors minn Dr. Cilia, fejn beda sabiex irringrazzja lill-partecipanti li hadu sehem fil-Karnival ta' din is-sena u awguralhom ghax-xoghol li ghamlu sabiex din is-sena il-Karnival lahaq il-livell mixtieq ghall-beneficju kemm tal-Poplu taghna kif ukoll ghat-turisti li attendew bi hgarhom din is-sena.
Huwa fahhar il-hidma kontinwa ta' dawn il-partecipanti, anki jekk dawn jahdmu taht kundizzjonijiet xejn attrajenti.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Kummissjoni Karnival, appena ha r-responsabilita' ta' l-Ufficcju tieghu, ressqet numru ta' problemi li l-Karnival ilu snin shah ihabbat wiccu maghhom.
Wahda mill-problemi li dejjem kellha tiffaccja l-Kummissjoni Karnival hija dik ta' kiri ta' trailers. Kien hawn fejn l-Onor. Cilia habbar li qed jigu preparati d-dokumenti mehtiega (it-Tenders) sabiex darba ghal dejjem dawn it-trailers ikunu propjeta' tal-Kumitat Organizzativ u b'hekk tingheleb din il-problema.
Problema hafna akbar minn dik tat-trailers hija dik ta' l-imhazen fejn jinhadem ix-xoghol ghall-Karnival. Wara li fil-granet ta' qabel il-Karnival, Dr. Cilia personalment zar lill-partecipanti waqt il-preparamenti taghhom, sabiex ikun jista' jara personalment f'liema stat dawn kienu qed jahdmu, ma setax joqghod passiv u ma' jaghmel xejn sabiex tkun tista' tigi rimedjata din is-sitwazzjoni. Fil-fatt huwa stqarr li diga' saru tahdidiet kemm ma' l-Onor. Charles Buhagiar li huwa l-Ministru responsabbli mix-Xogholijiet, kif ukoll mal-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex jinstghab il-lok fejn dawn l-imhazen jigu mibnija.
L-Onor. Cilia fahhar l-inizjattiva li wrew iz-zghazagh f'dan il-Karnival kif ukoll heggeg aktar impenn minn fost iz-zghazagh sabiex ghal sena ohra, dan l-impenn ikompli jizviluppa.
Huwa heggeg ukoll aktar partecipazzjoni ghall-Karnival fil-villaggi b'kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali, fejn dawn diga' gew mitluba mis-Segretarjat sabiex jahtru ir-rapprezentant taghhom li jkun jiehdu hsieb l-attivitajiet kulturali.
L-Onor. Dr. Cilia semma wkoll il-kwistjoni taz-zmien meta ghandu jigi c-celebrat il-Karnival. Huwa qal li f'din il-haga hekk delikata ghanda tibqa barra l-politika. Din id-decizjoni ghandha tittiehed biss fl-interess sabiex il-livell Nazzjonali f'dan ir-rigward jitjieb. Din hija decizjoni li ghandha tittiehed mhux mill-Kumitat Festi Nazzjonali, izda jkun hemm involviment kemm min-naha tal-partecipanti, kif ukoll mill-pubbliku in generali.
L-Onor. Dr. Cilia temm id-diskors tieghu billi rringrazzja kemm lill-Kumitat Festi Nazzjonali kif ukoll lill-Kummissjoni Karnival. Huwa rega rringrazzja lill-partecipanti kollha u heggighom sabiex flimkien jahdmu sabiex ghal sena ohra, flimkien ma' dawk responsabbli mit-tmexxija, jsir Karnival b'aktar novitajiet.
Wara ic-Chairman tal-Kummissjoni Karnival George Zahra pprezenta plakka bl-emblema tal-Karnival lill-Onor. Dr. Joe Cilica.
Other Press Releases:
PR261895
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...
PR261894en