Seminar dwar ir-rwol tal-Mara Ghawdxija fis-Socjeta'
F'Seminar annwali diversi kelliema tkellmu fuq il-mara Ghawdxija mill-aspett preistoriku sa' l-emancipazzjoni li irnexxilha tikseb fis-socjetà moderna. Dan is-Seminar sar fl-Imgarr Bay Hotel, bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex u kien imtella' mid-ditta Löwenbrau.
Fid-diskors ta' l-eghluq is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Anton Refalo, semma' kif il-mara moderna Ghawdxija ghandha sehem attiv f'kull settur tal-hajja, kemm ekonomiku, edukattiv, socjali, kulturali, politiku, kif ukoll religjuz. Dr Refalo qal li minkejja li l-mara Ghawdxija tradizzjonalment hija aktar marbuta bhala omm u mara tad-dar, bdiet anke taghzel karriera, fattur li wassal biex il-female participation rate fis-sena 1996, kienet ta' kwazi 32% tal-labour force totali Ghawdxija. Il-Kelliemi qal li l-kriterji ewlenija li l-mara dahlet fis-settur ekonomiku f'karrieri professjonali u anke xoghlijiet ohra, huwa b'rizultat ta' zviluppi bhal mizuri socjali ta' maternity u parental leave twaqqif ta' skejjel ta' kindergarten, familji b'anqas tfal u titjib fil-facilitajiet u opportunitajiet edukattivi. Dr Refalo qal li interessanti tinnota li mill-352 studenti universitarji Ghawdxin 202 minnhom huma nisa, jigifieri 57.3%.
Dr. Refalo issokta jghid li l-Gvern huwa impenjat bis-shih favur l-ugwaljanza bejn l-irgiel u n-nisa, bit-twaqqif tas-Segretarjat Parlamentari ghan-Nisa, sabiex in-nisa ikunu protagonisti fid-decizzjonijiet nazzjonali, u b'rapprezentanza femminili fil-bordijiet kollha mahtura minnu. Dan kollu, temm ighid Dr. Refalo, minghajr ma l-mara Ghawdxija tfixkel il-hajja taghha ta' omm u mara tad-dar.
Fl-ahharnett Dr. Refalo irringrazzja lil Dr. Paul Debattista, General Manager tal-Löwenbrau, u qal li dan l-appuntament annwali huwa dovut lill-'isponshorships' tad-ditta. Huwa rringrazzja wkoll lill-Prof Lino Briguglio, Agent Direttur tac-Centru ta' l-Università f'Ghawdex, li ghal darba ohra ha hsieb l-organizzazzjoni tas-Seminar.
Kelliema ohra li trattaw diversi suggetti, f'dan is-Seminar kienu l-Onor Helena Dalli, is-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa, l-Onor Miriam Spiteri Debono, Speaker, l-Onor Giovanna Debono, Dr Mary Darmanin, Ms Josianne Cutajar, Prof R Ellul Micallef, Rettur tal-Università ta' Malta, Dr Paul Debattista, General Manager tal-Löwenbrau, Prof Anthony Bonanno, Rev Effie Masini, is-Sur Anton F Attard, Rev Dr J Bezzina, u is-Sur Carmel Cachia.
Other Press Releases:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894