Pjan ta' zvilupp socjali u ekonomiku ghan-Nofsinnhar ta' Malta
Il-konferenza li ser issir nhar is-Sibt, 5 ta' April fil-Jerma Palace Hotel ser tkun il-bidu ta' twettiq ta' weghda elettorali maghmula mill-Gvern u cioe` li jitfassal b'mod mill-aktar wiesgha u partecipattiv Pjan ta' Zvilupp Ekonomiku u Socjali ghan-Nofs inhar ta' Malta. Ir-regjun kif definit diga` fil-Manifest Elettorali jestendi mill-Kottonera sa Marsaxlokk, u jinkorpora fih parti sostanzjali mill-isbah kosta ta' Malta flimkien ma' lokalitajiet kontigwi.
Il-partecipazzjoni mill-aktar wiesgha fi tfassil ta' dan il-pjan turi l-politika partecipattiva li l-Gvern irid jippromwovi. Ghalhekk gew mistiedna jippartecipaw il-Ministeri direttament involuti, jigifieri dawk ta' l-Ambjent, Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, Turizmu, Trasport u Portijiet, Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-Kunsilli Lokali kollha involuti flimkien mal-Kumitati tal-Partiti Politici, il-Kandidati u l-Membri Parlamentari kollha kif ukoll il-Kappillani tal-Parocci koncernati. Ma' dawn ser ikun hemm mistiedna bhala osservaturi rapprezentanti ta' Korpi Kostitwiti, u rappresentanza mill-Malta Drydocks, Freeport u Enemalta, l-Film Facilities u s-Sedqa.
Il-Gvern qed ukoll itenni l-fiducja fil-Kunsilli Lokali ghax dawn ser ikunu l-perm li jikkoordinaw is-sottomissjonijiet li jridu jsiru fuq bazi lokali kif ukoll regjonali. F'dan ir-rigward ser tizviluppa dimensjoni ohra fis-sens li l-Kunsilli Lokali se jkunu qeghdin jippartecipaw direttament u jikkoordinaw flimkien mal-Gvern Centrali fi tfassil ta' politika li tolqot regjun hekk importanti. Din hija politika li tmur aktar 'il boghod mill-lokal u mir-regjun, imma li ghandha wkoll perspettiva Nazzjonali.
Din in-naha tan-nofs inhar kif definit huwa popolat hafna, ghandu koncentrazzjoni ta' progetti industrijali ta' utilita' u dimensjoni nazzjonali li jibqghu jestendu wkoll lejn ix-xtajta sabiha li ghandu dan ir-regjun partikolari; dan wahdu johloq densita ta' traffiku, kif ukoll problemi socjali apparti l-problemi ambjentali.
Fl-istess waqt jipprevali f'din in-naha ta' Malta wirt storiku uniku ta' importanza nazzjonali li jinhtieg li jigi konservat u msebbah.
Ma` dan trid wkoll tinghata konsiderazzjoni xierqa lill-hinterland li tinsab f'din in-naha ta' Malta kif ukoll ix-xtajta sabiha u nadifa li jdawwar din iz-zona. Dan kollu joffri potenzjal turistiku, kummercjali u ekonomiku li jrid jigi evalwat b'mod serju u sostenibbli.
Ghaldaqstant il-Ministeru identifika sitt temi wiesgha ghall-konsiderazzjoni tal-iStanding Conference, li ser titwaqqaf nhar is-Sibt 5 ta' April, li huma:
1. Ambjent
2. Zvilupp ekonomiku u kummercjali sostenibbli u vjabbli
3. Infrastruttura
4. Turizmu
5. Edukazzjoni, Kultura u Sport
6. L-aspett socjali tar-regjun.
Il-process tal-Konferenza, kif ukoll ix-xoghol kollu li jkun qed isir fil-Lokalitajiet rispettivi koordinat mill-Kunsilli, ser jigi mmonitarjat kontinwament bis-sahha ta' Planning Council li ser jitwaqqaf fi hdan il-Ministeru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali. Dan il-Planning Council jinkludi fih Chairman, espert Manigerjali u Finanzjarju mill-MSU, rapprezentant tal-Public Works, ekonomista, kif ukoll zewg membri maghzula rispettivament mill-Kunsilliera u Membri Parlamentari tal-Lokalitajiet involuti.
Il-Planning Council, jifformula pjan ghar-regjun fuq is-sottomissjonijiet maghmula u dan f'konsultazzjoni kontinwa mal-Ministeru tal-Finanzi u Kummerc, liema pjan jrid jigi approvat f'laqgha ohra tal-Konferenza, biex wara jigi integrat fil-pjanijiet nazzjonali tal-Gvern.
L-element ta' partecipazzjoni wiesgha f'dan il-pjan jassigura li dak li jinbeda jkun jista' jitwettaq fuq perjodu ta' zmien definit b'mod pjanat u kontinwu. Huwa mistenni li dan il-pjan jkun lest fi zmien disa' xhur.
Other Press Releases:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894