Inawgurata sistema gdida ta' hrug ta' passaporti
l-Ministru Joe Mizzi illum inawgura sistema gdida ta' hrug ta' passaporti maghrufa bhala Machine Readable Passport Issuance System. B'din is-sistema komputerizzata, id-dettalji dwar it-tfal fit-tieni pagna tal-passaport, u dettalji dwar id-detentur u l-perijodu ta' validita' tal-passaport qed jigu stampati elettronikament. Barra minn hekk, qed tigi stampata wkoll machine readable code, fiz-zona apposta fl-ahhar pagna tal-passaport, li tirrifletti d-dettalji personali u dawk dwar il-passaport. Kemm id-dettalji kif ukoll il-machine readable code huma stampati skond regoli internazzjonali stabbiliti mill-International Civil Aviation Organisation. Bis-sistema l-gdida ser jibqa' jintuza l-istokk tal-passaporti ezistenti.
Is-sistema tghaqqad flimkien l-ufficcji tal-Passaporti f'Malta u Ghawdex u ghaldaqstant, fl-ufficcju f'Malta jkunu jafu b'passaport appena jinhareg f'Ghawdex u vici versa. Fis-sistema gew imdahhla wkoll ir-rekords ezistenti dwar id-detenturi tal-passaporti li s'issa kienu accessibbli f'Malta biss. B'din is-sistema l-gdida, dawn iz-zewg ufficcji, dak ta'Malta u dak ta' Ghawdex, issa ghandhom access ghall-istess informazjoni fl-istess hin.
Permezz tal-Machine Readable Passport Issuance System ser jitnaqqas iz-zmien ta' stennija ghal hrug ta' passaport ghal erbat ijiem ta' xoghol, minn dak prezenti ta' sebat ijiem. Mistenni jkun hemm tnaqqis tal-hin fil-kju tal-passiggieri Maltin li jkollhom dan it-tip ta' passaport, f'checkpoints mghammra b'sistemi ta' qari elettroniku tal-passaporti.Fuq kollox is-sistema ser issahhah is-sigurta' tad-dokument tal-passaport innifsu u gholliet il-livell tal-passaport Malti ghal dak ta' pajjizi ohra avanzati f'dan il-kamp.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901