Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jzur Anzjana li ghalqet il-100 sena

PR2426
Date Icon 19/12/1997

Il-Prim Ministru Dr Alfred Sant il-lejla zar lis-Sinjura Edwige Grima, armla minn Tas-Sliema li llum ghalqet mitt sena. Is-Sinjura Grima, li twieldet u ghexet f'Tas-Sliema, ilha tghix ghal dawn l-ahhar tliet snin f'The Suncreek Aparthotel.

Is-Sinjura Grima ghandha zewg bniet li ghadhom jghixu Malta u tifel li llum jghix il-Kanada, waqt li zewg uliedha ohrajn huma mejtin. Hija ghadha tghozz hafna il-memorja tal-genituri taghha, specjalment ritratt ta' missierha li kien miet ta' 72 sena. Illum ghandha disa' neputijiet u hija buznanna ta' 18. Ir-ragel taghha kien miet fl-1979 fl-eta' ta' 83 sena.

Il-Prim Ministru tkellem mas-Sinjura Grima u ma' wliedha li flimkien ma' qraba ohra marru jifirhulha. Is-Sinjura Grima kienet tghix f'Tas-Sliema fejn Dr Sant kien jghix fi tfulitu u fejn kien anke jattendi l-Iskola Primarja tal-Gvern. Dr Sant awgura lis-Sinjura Grima aktar hajja u aktar sahha u wera l-apprezzament tieghu ghal dawk kollha li jiehdu hsieb l-anzjani taghna b'tant dedikazzjoni u attenzjoni.

Il-Ministru tas-Sahha, it-Tabib Michael Farrugia wkoll zar lis-Sinjura Grima.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow