Left arrow Go Back

Il-Ministru Michael Farrugia jipprezenta certifikati lill-impjegati godda mad-Dipartiment tas-Sahha

PR2412
Date Icon 18/12/1997

Dal-ghodu, il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia, qassam ic-certifikati lil numru ta' impjegati godda mad-Dipartiment tas-Sahha. B'kollox kien hemm 15-il infermier li gew impjegati wara li ggradwaw bil-B.Sc.Nursing; 36 li gew impjegati wara li kisbu d-Diploma fin-Nursing; 36 ohra li gew impjegati wara li temmew b'success il-kors fin-Nursing Practice u 2 gew impjegati wara li kisbu Diploma fis- Psychiatric Nursing.

Ghall-ewwel darba, l-impjegati godda inghataw ktejjeb ta' Kodici ta' Etika mhejji apposta ricentament mill-Bord ta' l-Infermiera u Qwiebel. Dan il-ktejjeb ghandu jservi ta' gwida ghall-impjegati l-godda fi hdan id-Dipartiment tas-Sahha.

Il-Ministru Michael Farrugia, f'kelmtejn ta' l-okkazjoni, ferah lill-impjegati kollha godda. It-Tabib Farrugia habbar li fil-jiem li gejjin sejrin jithabbru min sejrin ikunu l-Hospital Planners biex jaghmlu l-auditing ta' l-4 volumi ta' Medical Brief li ghadu kif tlesta. Il-Medical Brief hu l-bazi li fuqu sejjer jigi mfassal l-isptar il-gdid ta' Tal-Qroqq.

Il-Ministru zvela li baqa' sorpriz bir-respons kbir li kien hemm ghad-disinn ta' l-iSptar il-Gdid ta' Tal-Qroqq. Dan juri l-interess enormi li hawn, kemm fost id-disinjaturi internazzjonali, kif ukoll fost il-periti Maltin li jirrapprezentaw lil dawn id-disinjaturi barranin. Dan ir-respons juri li l-mod ghaqli li bih miexi l-Gvern Malti qed jaspira fiducja u trasparenza f'dan l-akbar progett li ra pajjizna.

Dr. Michael Farrugia hataf l-opportunitĂ  li jitkellem ma' l-impjegati l-godda dwar il-htiega li huma jahdmu bhala tim. It-Tabib Farrugia enfasizza li l-infermiera jridu jahdmu b'koperazzjoni shiha kemm mat-tobba, kif ukoll ma' l-istaff paramediku u ancillari. Jekk ikun hemm din il-koperazzjoni shiha u kulhadd jahdem id f'id, il-pazjent ikun moqdi ahjar, l-efficjenza tikber u l-ambjent tax-xoghol ikun aktar seren.

Il-Ministru tas-Sahha enfasizza li jrid jitkompla l-ezercizzju li jsir uzu ahjar mill-infermiera. Bhal ma spjega fil-jum ta' qabel fil-Kumitat ta' l-Affarijiet Socjali, it-Tabib Farrugia sahaq l-importanza li l-infermiera ghandhom ikunu assenjati fuq xogholhom biss. Mhuwiex ghaqli li infermiera tinhela biex tghajjat lin-nies ghal appuntament jew biex tiehu d-demm fil-laboratorju. Ghal dan il-ghan qed jigu mpjegati u mharrga aktar nursing aides. Il-kuncett ta' person hours irid jithaddem b'mod li l-infermiera jkunu qed jaghmlu xoghol mehtieg u relatat mal-professjoni taghhom il-hin kollu. Malli dan l-ezercizzju jitwettaq, il-Ministru Farrugia wera t-tama li n-nuqqas ta' l-infermiera ma jkunx kbir daqs kemm jidher li hu akut prezentament.

Bl-impjieg ta' dawn id-89 nurse, id-Dipartiment tas-Sahha sejjer ikompli isahhah is-servizz digĂ  offrut u jiffinalizza t-thejjijiet ghall-progetti l-godda li mistenni jniedi matul ix-xhur li gejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow