Il-Prim Ministru favur progetti kummercjali godda li jiddiversifikaw l-attrazzjonijiet kulturali
PR2377
11/12/1997
| 'L-investiment privat huwa ta' htiega ghal pajjizna u l-Gvern se | jkompli jinkoraggixxih. Huwa tajjeb li jkomplu jinbtu progetti kummercjali li wiehed mill-ghanijiet taghhom ikun li jiddiversifikaw l-attrazzjonijiet kulturali u ta'divertiment fuq bazi regjonali. In-nord ta' Malta, l-istess bhac-centru tal-gzira u n-nofsinhar, ghandu issa kumpless ta' cinema modern li jista' joffri zvog sabih ta' rikreazzjoni u kulturali lic-cittadini li joqoghdu f'dawn l-inhawi u lill-eluf ta' turisti li jaghzlu Bugibba bhala d-destinazzjoni taghhom meta jzuru l-gzejjer taghna.' Dan qalu l-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant, meta inawgura ufficjalment l-'Empire Cinema Complex' f'Bugibba. |
| Il-Prim Ministru qal li l-inizjattiva ta' l-imprendituri li dahlu | ghall-bini ta' dan il-kumpless sabih hija xhieda ta' kif is-settur privat jista' jikkomplimenta x-xoghol tas-settur pubbliku. Il-Prim Ministru ferah lid-Diretturi ta' din il-kumpannija li hadu l-inizjattiva jinvestu Lm2,000,000 f'dan il-'Leisure Complex' lussuz u attraenti. 'Ninsab cert li din l-inizjattiva se trodd lura lill-kumpannija l-investiment li ghamlet f'dan il-progett. Jiena nhoss li dan il-progett ghandu jikseb l-ammirazzjoni tal-Maltin u l-Ghawdxin u ta' l-eluf ta' turisti li jaghzlu li joqoghdu fl-inhawi ta' Bugibba.' qal Dr. Sant. |
| Il-Prim Ministru fakkar li sitt xhur ilu kienet giet inawgurata it-trasformazzjoni | tal-belt turistika ta' Bugibba bhala wahda mill-attrazzjonijiet ewlenin tal-gzejjer Maltin. 'Dak in-nhar kont semmejt ix-xewqa tal-Gvern tieghi li s-settur privat izid jaghti sehmu bl-investimenti tieghu biex inkomplu nghollu l-prodott turistiku li nistghu noffru bhala poplu Malti u Ghawdxi. Illum inhossni kburi li qieghed nattendi ghall-ftuh ta' dan il-kumpless ta' livell internazzjonali li ghandu jkattar l-attrattiva turistika fit-tramuntana ta' Malta.' qal Dr. Sant. |
| Dr. Sant qal li wahda mill-ewwel inizjattivi tal-gvern kienet li | Bugibba tigi trasformata f'attrazzjoni turistika fiha nfisha. 'Hafna minna li illum jinsabu hawnhekk konna nikkritikaw it-telqa u l-izdingar ghax kienu saru karatteristika ta' l-inhawi. Ilkoll qbilna dwar il-flus pubblici minfuqa fil-progett ta' Bugibba tul ix-xhur li ghaddew. Izda c-cittadin li jhallas it-taxxi jrid ikun cert li qieghed jiehu 'value for money' fuq kull centezmu li jonfoqlu l-Gvern.' qal Dr. Sant |
| Il-Prim Minsitru qal li kien ghalhekk li minnufih il-Gvern beda | bil-progett ta' Bugibba u talab wkoll l-ghajnuna tas-settur privat biex jitwettaq dan il-progett kif inhu xieraq. 'Il-ftuh ta' dan il-kumpless huwa ezempju ta' kif is-settur privat b'ghaqal kbir jiehu sehem fi shubija ideali bejn is-settur pubbliku u s-settur privat. Dan l-ezempju ghandu jheggeg lil intraprendituri ohrajn jinvestu fi progetti marbutin ma' din l-inizjattiva ewlenija li gibdet l-attrazzjoni ta' kull min raha. Il-Gvern tieghi ghamilha cara mill-bidu nett li s-settur privat irid ikun il-mutur ta' l-ekonomija ta' pajjizna. Fil-vizjoni taghna ghall-futur is-sehem tal-gvern ghandu jkun dak tat-tmunier li jaghti d-direzzjoni u jhalli l-ispazju li l-mutur jehtieg biex jahdem.' temm jghid il-Prim Ministru. |
| L-'Empire Cinema Complex' huwa kumpless ta' erba' cinemas, | ristoranti u cafeteria u huwa wiehed mis-'success stories' tal-kumpanija Polidano Leisure Limited. Din il-kumpanija diga' ghandha investimenti fl-industrija tat-turizmu fil-lukanda Westin Dragonara u fis-Solemar Hotel Complex fit-Tramuntana ta' Malta. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901